Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TN0213

Kawża T-213/15: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ April 2015 – Lidl Stiftung vs UASI – toom Baumarkt (Super-Samstag)

ĠU C 205, 22.6.2015, pp. 39–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/39


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ April 2015 – Lidl Stiftung vs UASI – toom Baumarkt (Super-Samstag)

(Kawża T-213/15)

(2015/C 205/52)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Lidl Stiftung & Co. KG (Neckarsulm, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Wolter u A. Berger)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: toom Baumarkt GmbH (Köln, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: it-trade mark Komunitarja verbali “Super-Samstag” – Trade mark Komunitarja Nru 10 304 178

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tas-16 ta’ Frar 2015 fil-Każ R 657/2014-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż tal-proċedimenti ta’ appell.

Motivi invokati

ksur tal-Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009, ikkunsidrat flimkien mar-Regola 37(b)(i) u (iv) tar-Regolament Nru 2868/95;

ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009.


Top