Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TN0217

Kawża T-217/15: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ April 2015 – Fiesta Hotels & Resorts vs UASI – Residencial Palladium (PALLADIUM PALACE IBIZA RESORT & SPA)

ĠU C 205, 22.6.2015, pp. 40–41 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/40


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ April 2015 – Fiesta Hotels & Resorts vs UASI – Residencial Palladium (PALLADIUM PALACE IBIZA RESORT & SPA)

(Kawża T-217/15)

(2015/C 205/54)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Fiesta Hotels & Resorts, SL (Ibiza, Spanja) (rappreżentant: J. Devaureix, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Residencial Palladium, SL (Ibiza, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: it-trade mark Komunitarja verbali figurattiva li tinkludi l-element verbali “PALLADIUM PALACE IBIZA RESORT & SPA” – Trade mark Komunitarja Nru 10 524 213

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-23 ta’ Frar 2015 fil-Każ R 2391/2013-2

Talbiet

tannulla u tiddikjara ineffettiva d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-23 ta’ Frar 2015;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 53(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009, moqri flimkien mal-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009.

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


Top