This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015CA0216
Case C-216/15: Judgment of the Court (Fifth Chamber) of 17 November 2016 (request for a preliminary ruling from the Bundesarbeitsgericht — Germany) — Betriebsrat der Ruhrlandklinik gGmbH v Ruhrlandklinik gGmbH (Reference for a preliminary ruling — Directive 2008/104/EC — Temporary agency work — Scope — Concept of ‘worker’ — Concept of ‘economic activities’ — Nursing staff who do not have a contract of employment assigned to a health care institution by a not-for-profit association)
Kawża C-216/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-17 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesarbeitsgericht – il-Ġermanja) – Betriebsrat der Ruhrlandklinik gGmbH vs Ruhrlandklinik gGmbH (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 2008/104/KE — Xogħol temporanju — Kamp ta’ applikazzjoni — Kunċett ta’ “ħaddiem” — Kunċett ta’ “attività ekonomika” — Persunal tal-kura li ma kkonkludiex kuntratt ta’ xogħol imqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ stabbiliment tas-saħħa minn assoċjazzjoni mingħajr skop ta’ lukru)

ĠU C 14, 16.1.2017, pp. 7–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
16.1.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 14/7 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-17 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesarbeitsgericht – il-Ġermanja) – Betriebsrat der Ruhrlandklinik gGmbH vs Ruhrlandklinik gGmbH
(Kawża C-216/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2008/104/KE - Xogħol temporanju - Kamp ta’ applikazzjoni - Kunċett ta’ “ħaddiem” - Kunċett ta’ “attività ekonomika” - Persunal tal-kura li ma kkonkludiex kuntratt ta’ xogħol imqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ stabbiliment tas-saħħa minn assoċjazzjoni mingħajr skop ta’ lukru))
(2017/C 014/09)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesarbeitsgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Betriebsrat der Ruhrlandklinik gGmbH
Konvenuta: Ruhrlandklinik gGmbH
Dispożittiv
L-Artikolu 1(1) u (2) tad-Direttiva 2008/104/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-19 ta’ Novembru 2008, dwar xogħol temporanju permezz ta’ aġenzija għandu jiġi interpretat fis-sens li jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva t-tqegħid għad-dispożizzjoni minn assoċjazzjoni mingħajr skop ta’ lukru, bil-korrispettiv ta’ kumpens finanzjarju, ta’ wieħed mill-membri tagħha fi ħdan impriża utenti sabiex jipprovdi fiha, prinċipalment u taħt id-direzzjoni ta’ din tal-aħħar, provvista ta’ xogħol b’remunerazzjoni, peress li dan il-membru huwa protett f’dan ir-rigward fl-Istat Membru kkonċernat, ħaġa li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika, u minkejja li l-imsemmi membru ma għandux il-kwalità ta’ ħaddiem fid-dritt nazzjonali għar-raġuni li ma kkonkludiex kuntratt ta’ xogħol mal-imsemmija assoċjazzjoni.