Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CA0143

Kawża C-143/16: hehetal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-19 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione – l-Italja) – Abercrombie & Fitch Italia Srl vs Antonino Bordonaro Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika soċjali — Direttiva 2000/78/KE — Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol — Artikolu 2(1) — Artikolu 2(2)(a) — Artikolu 6(1) — Diskriminazzjoni bbażata fuq l-età — Kuntratt ta’ xogħol intermittenti li jista’ jiġi konkluż ma’ persuni ta’ inqas minn ħamsa u għoxrin sena — Tmiem awtomatiku tal-kuntratt ta’ xogħol meta l-ħaddiem jilħaq l-età ta’ ħamsa u għoxrin sena

ĠU C 300, 11.9.2017, pp. 4–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

11.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 300/4


hehetal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-19 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione – l-Italja) – Abercrombie & Fitch Italia Srl vs Antonino Bordonaro

(Kawża C-143/16) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Direttiva 2000/78/KE - Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol - Artikolu 2(1) - Artikolu 2(2)(a) - Artikolu 6(1) - Diskriminazzjoni bbażata fuq l-età - Kuntratt ta’ xogħol intermittenti li jista’ jiġi konkluż ma’ persuni ta’ inqas minn ħamsa u għoxrin sena - Tmiem awtomatiku tal-kuntratt ta’ xogħol meta l-ħaddiem jilħaq l-età ta’ ħamsa u għoxrin sena)

(2017/C 300/05)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Abercrombie & Fitch Italia Srl

Konvenut: Antonino Bordonaro

Dispożittiv

L-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 2(1), l-Artikolu 2(2)(a), u l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux dispożizzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tawtorizza persuna li timpjega tikkonkludi kuntratt ta’ xogħol intermittenti ma’ ħaddiem ta’ inqas minn ħamsa u għoxrin sena, irrispettivament min-natura tas-servizzi li għandhom jitwettqu, u li tkeċċi lil dan il-ħaddiem ladarba huwa jilħaq l-età ta’ ħamsa u għoxrin sena, peress li din id-dispożizzjoni tfittex li tilħaq għan leġittimu ta’ politika tal-impjieg u tas-suq tax-xogħol u peress li l-mezzi previsti għall-ilħuq ta’ dan l-għan huma xierqa u neċessarji.


(1)  ĠU C 200, 6.6.2016.


Top