This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017CN0343
Case C-343/17: Request for a preliminary ruling from the Nederlandstalige rechtbank van eerste aanleg Brussel (Belgium) lodged on 8 June 2017 — Fremoluc NV v Agentschap voor Grond- en Woonbeleid voor Vlaams-Brabant (Vlabinvest ABP) and Others, Intervener: Vlaams Gewest
Kawża C-343/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nederlandstalige rechtbank van eerste aanleg Brussel (il-Belġju) fit-8 ta’ Ġunju 2017 – Fremoluc NV vs Agentschap voor Grond- en Woonbeleid voor Vlaams-Brabant (Vlabinvest ABP) et, parti oħra: Vlaams Gewest
Kawża C-343/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nederlandstalige rechtbank van eerste aanleg Brussel (il-Belġju) fit-8 ta’ Ġunju 2017 – Fremoluc NV vs Agentschap voor Grond- en Woonbeleid voor Vlaams-Brabant (Vlabinvest ABP) et, parti oħra: Vlaams Gewest
ĠU C 300, 11.9.2017, pp. 14–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
11.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 300/14 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nederlandstalige rechtbank van eerste aanleg Brussel (il-Belġju) fit-8 ta’ Ġunju 2017 – Fremoluc NV vs Agentschap voor Grond- en Woonbeleid voor Vlaams-Brabant (Vlabinvest ABP) et, parti oħra: Vlaams Gewest
(Kawża C-343/17)
(2017/C 300/18)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Nederlandstalige rechtbank van eerste aanleg Brussel
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Fremoluc NV
Konvenuti: Agentschap voor Grond- en Woonbeleid voor Vlaams-Brabant (Vlabinvest ABP), Vlaams Financieringsfonds voor Grond- en Woonbeleid voor Vlaams-Brabant, Vlaamse Maatschappij voor Sociaal Wonen NV (VMSW), Christof De Knop, Valérie De Knop, Melissa De Knop, Joanna De Keersmaecker, Marie-Jeanne Thielemans
Intervenjent: Vlaams Gewest
Domandi preliminari
L-Artikoli 21, 45, 49 u 63 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 22 u 24 tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni li abbażi tagħha awtorità pubblika tiżviluppa artijiet għall-bejgħ jew għall-kiri ta’ lottijiet u ta’ akkomodazzjoni b’kundizzjonijiet vantaġġużi, filwaqt li tingħata prijorità lill-persuni li jkollhom rabta soċjali, ekonomika jew soċjo-kulturali sostanzjali mal-ambitu terrritorjali ta’ din l-awtorità, u li tipprevedi kundizzjonijiet ta’ dħul li l-maġġoranza kbira ta’ dawn il-persuni tista’ tissodisfa, bħal-leġiżlazzjoni li tirriżulta mill-qari konġunt:
— |
tal-besluit van provincieraad van Vlaams-Brabant van 25 februari 2014 houdende het provinciaal reglement betreffende de werking en het beheer van het Agentschap voor Grond- en Woonbeleid voor Vlaams-Brabant – Vlabinvest APB (digriet tal-kunsill provinċjali tal-Vlaams-Brabant tal-25 ta’ Frar 2014 dwar regolament provinċjali dwar it-tħaddim u l-ġestjoni tal-aġenzija għall-politika tal-artijiet u tad-djar tal-Vlaams-Brabant – Vlabinvest APB); |
— |
tal-Artikolu 2/2 tal-Besluit van de Vlaamse regering van 29 september 2006 betreffende de voorwaarden voor de overdracht van onroerende goederen door de Vlaamse Maatschappij voor Sociaal Wonen en de sociale huisvestingsmaatschappijen ter uitvoering van de Vlaamse Wooncode (digriet tad-29 ta’ Settembru 2006 tal-gvern Fjamming, dwar il-kundizzjonijiet ta’ trasferiment ta’ proprjetà immobbli mill-kumpannija Fjamminga ta’ akkomodazzjoni u ta’ kumpanniji soċjali ta’ akkomodazzjoni skont il-kodiċi Fjamming ta’ akkomodazzjoni) [u l-Artikolu 17(2) sa (6) tal-Besluit van de Vlaamse regering van 12 oktober 2007 tot reglementering van het sociale huurstelsel ter uitvoering van titel VII van de Vlaamse Wooncode (digriet tal-gvern Fjamming tat-12 ta’ Ottubru 2007, li jirregola l-iskema ta’ kiri soċjali u li jimplementa t-Titolu VII tal-kodiċi Fjamming ta’ akkomodazzjoni)]? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46.