Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CA0085

Kawża C-85/15 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-21 ta’ Settembru 2017 – Feralpi Holding SpA vs Il-Kummissjoni Ewropea Appell — Akkordji — Produtturi Taljani ta’ vireg għar-rinfurzar tal-konkrit — Iffissar tal-prezzijiet kif ukoll limitazzjoni jew kontroll tal-produzzjoni jew tal-bejgħ — Ksur tal-Artikolu 65 KEFA — Annullament tad-deċiżjoni inizjali mill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea — Deċiżjoni adottata mill-ġdid abbażi tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 — Assenza ta’ ħruġ ta’ dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet ġdida — Assenza ta’ seduta wara l-annullament tad-deċiżjoni inizjali — Terminu inkors fil-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali

ĠU C 392, 20.11.2017, pp. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-21 ta’ Settembru 2017 – Feralpi Holding SpA vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-85/15 P) (1)

(Appell - Akkordji - Produtturi Taljani ta’ vireg għar-rinfurzar tal-konkrit - Iffissar tal-prezzijiet kif ukoll limitazzjoni jew kontroll tal-produzzjoni jew tal-bejgħ - Ksur tal-Artikolu 65 KEFA - Annullament tad-deċiżjoni inizjali mill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea - Deċiżjoni adottata mill-ġdid abbażi tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 - Assenza ta’ ħruġ ta’ dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet ġdida - Assenza ta’ seduta wara l-annullament tad-deċiżjoni inizjali - Terminu inkors fil-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali)

(2017/C 392/02)

Lingwa tal-proċedura: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: Feralpi Holding SpA (rappreżentanti: G. M. Roberti u I. Perego, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L Malferrari u P. Rossi, aġenti, assistiti minn M. Moretto, avukati)

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tad-9 ta’ Diċembru 2014, Feralpi vs Il-Kummissjoni (T-70/10, mhux ippubblikata, EU:T:2014:1031), hija annullata.

2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C (2009) 7492 finali, tat-30 ta’ Settembru 2009, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 65 KEFA (Każ COMP/37.956 – vireg għar-rinfurzar tal-konkrit, adozzjoni mill-ġdid), fil-verżjoni emendata tagħha bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 9912 finali, tat-8 ta’ Diċembru 2009, hija annullata f’dak li jirrigwarda Feralpi Holding SpA.

3)

Il-Kummissjoni għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, l-ispejjeż ta’ Feralpi Holding SpA, inkorsi kemm għall-proċedura fl-ewwel istanza kif ukoll għal dan l-appell.


(1)  ĠU C 146, 04.05.2015.


Top