This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015CA0089
Case C-89/15 P P: Judgment of the Court (Ninth Chamber) of 21 September 2017 — Riva Fire SpA, in liquidation v European Commission (Appeal — Agreements, decisions and concerted practices — Italian producers of reinforcing bars — Fixing of prices and limiting and controlling output and sales — Infringement of Article 65 CS — Annulment of the initial decision by the General Court of the European Union — Decision re-adopted on the basis of Regulation (EC) No 1/2003 — Failure to issue a new statement of objections — Lack of a hearing following the annulment of the initial decision — Time taken in the proceedings before the General Court)
Kawża C-89/15 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-21 ta’ Settembru 2017 – Riva Fire SpA, fi stralċ, vs Il-Kummissjoni Ewropea Appell — Akkordji — Produtturi Taljani ta’ vireg għar-rinfurzar tal-konkrit — Iffissar tal-prezzijiet kif ukoll limitazzjoni jew kontroll tal-produzzjoni u tal-bejgħ — Ksur tal-Artikolu 65 KEFA — Annullament tad-deċiżjoni inizjali mill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea — Deċiżjoni adottata mill-ġdid abbażi tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 — Assenza ta’ ħruġ ta’ dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet ġdida — Assenza ta’ seduta wara l-annullament tad-deċiżjoni inizjali — Terminu inkors fil-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali

ĠU C 392, 20.11.2017, pp. 4–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
20.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 392/4 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-21 ta’ Settembru 2017 – Riva Fire SpA, fi stralċ, vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-89/15 P) (1)
(Appell - Akkordji - Produtturi Taljani ta’ vireg għar-rinfurzar tal-konkrit - Iffissar tal-prezzijiet kif ukoll limitazzjoni jew kontroll tal-produzzjoni u tal-bejgħ - Ksur tal-Artikolu 65 KEFA - Annullament tad-deċiżjoni inizjali mill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea - Deċiżjoni adottata mill-ġdid abbażi tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 - Assenza ta’ ħruġ ta’ dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet ġdida - Assenza ta’ seduta wara l-annullament tad-deċiżjoni inizjali - Terminu inkors fil-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali)
(2017/C 392/05)
Lingwa tal-proċedura: it-Taljan
Partijiet
Appellanti: Riva Fire SpA, fi stralċ, (rappreżentanti: M. Merola, M. Pappalardo, T. Ubaldi u M. Toniolo, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L Malferrari u P. Rossi, aġenti, assistiti minn P. Manzini, avukat)
Dispożittiv
1) |
Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tad-9 ta’ Diċembru 2014, Riva Fire vs Il-Kummissjoni (T-83/10, mhux ippubblikata, EU:T:2014:1034), hija annullata. |
2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C (2009) 7492 finali, tat-30 ta’ Settembru 2009, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 65 KEFA (Każ COMP/37.956 – vireg għar-rinfurzar tal-konkrit, adozzjoni mill-ġdid), fil-verżjoni emendata tagħha bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 9912 finali, tat-8 ta’ Diċembru 2009, hija annullata f’dak li jirrigwarda Riva Fire SpA. |
3) |
Il-Kummissjoni għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, l-ispejjeż ta’ Riva Fire SpA, inkorsi kemm għall-proċedura fl-ewwel istanza kif ukoll għal dan l-appell. |