Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CA0171

Kawża C-171/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-21 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Sofiyski rayonen sad – il-Bulgarija) – Trayan Beshkov vs Sofiyska rayonna prokuratura (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja — Deċiżjoni Qafas 2008/675/ĠAI — Kamp ta’ applikazzjoni — Teħid inkunsiderazzjoni, fl-okkażjoni ta’ proċedura kriminali ġdida, ta’ deċiżjoni ta’ kundanna mogħtija qabel fi Stat Membru ieħor għall-finijiet tal-impożizzjoni ta’ piena totali — Proċedura nazzjonali ta’ rikonoxximent minn qabel ta’ din id-deċiżjoni — Tibdil tal-modalitajiet ta’ eżekuzzjoni tal-piena imposta f’dak l-Istat Membru l-ieħor)

ĠU C 392, 20.11.2017, pp. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-21 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Sofiyski rayonen sad – il-Bulgarija) – Trayan Beshkov vs Sofiyska rayonna prokuratura

(Kawża C-171/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Deċiżjoni Qafas 2008/675/ĠAI - Kamp ta’ applikazzjoni - Teħid inkunsiderazzjoni, fl-okkażjoni ta’ proċedura kriminali ġdida, ta’ deċiżjoni ta’ kundanna mogħtija qabel fi Stat Membru ieħor għall-finijiet tal-impożizzjoni ta’ piena totali - Proċedura nazzjonali ta’ rikonoxximent minn qabel ta’ din id-deċiżjoni - Tibdil tal-modalitajiet ta’ eżekuzzjoni tal-piena imposta f’dak l-Istat Membru l-ieħor))

(2017/C 392/12)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Sofiyski rayonen sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Trayan Beshkov

Konvenuta: Sofiyska rayonna prokuratura

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] tal-Kunsill 2008/675/ĠAI, tal-24 ta’ Lulju 2008, dwar it-teħid in konsiderazzjoni ta’ kundanni fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea waqt proċedimenti kriminali ġodda, għandha tiġi interpretata fis-sens li din hija applikabbli għal proċedura nazzjonali intiża sabiex timponi, għall-finijiet tal-eżekuzzjoni, piena ta’ priġunerija totali billi tieħu inkunsiderazzjoni l-piena imposta fuq persuna mill-qorti nazzjonali kif ukoll dik imposta fil-kuntest ta’ kundanna preċedenti ppronunzjata minn qorti ta’ Stat Membru ieħor kontra l-istess persuna għal fatti differenti.

2)

Id-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] 2008/675 għandha tiġi interpretata fis-sens li din tipprekludi li t-teħid inkunsiderazzjoni, fi Stat Membru, ta’ deċiżjoni ta’ kundanna mogħtija qabel minn qorti ta’ Stat Membru ieħor ikun suġġett għall-implementazzjoni ta’ proċedura nazzjonali ta’ rikonoxximent minn qabel ta’ din id-deċiżjoni mill-qrati kompetenti ta’ dan l-ewwel Stat Membru, bħal dik prevista fl-Artikoli 463 sa 466 tan-Nakazatelno-protsesualen kodeks (kodiċi ta’ proċedura kriminali).

3)

L-Artikolu 3(3) tad-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] 2008/675 għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li l-qorti nazzjonali, adita b’talba ta’ impożizzjoni, għall-finijiet tal-eżekuzzjoni, ta’ piena ta’ priġunerija totali li b’mod partikolari tieħu inkunsiderazzjoni l-piena imposta fil-kuntest ta’ kundanna preċedenti ppronunzjata minn qorti ta’ Stat Membru ieħor, għandha timmodifika għal dan l-għan il-modalitajiet ta’ eżekuzzjoni ta’ din il-piena tal-aħħar.


(1)  ĠU C 200, 6.6.2016.


Top