This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017CN0485
Case C-485/17: Request for a preliminary ruling from the Bundesgerichtshof (Germany) lodged on 10 August 2017 — Verbraucherzentrale Berlin e.V. v Unimatic Vertriebs GmbH
Kawża C-485/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fl-10 ta’ Awwissu 2017 – Verbraucherzentrale Berlin eV vs Unimatic Vertriebs GmbH
Kawża C-485/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fl-10 ta’ Awwissu 2017 – Verbraucherzentrale Berlin eV vs Unimatic Vertriebs GmbH
ĠU C 392, 20.11.2017, pp. 13–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
20.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 392/13 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fl-10 ta’ Awwissu 2017 – Verbraucherzentrale Berlin eV vs Unimatic Vertriebs GmbH
(Kawża C-485/17)
(2017/C 392/17)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Verbraucherzentrale Berlin eV
Konvenuta: Unimatic Vertriebs GmbH
Domandi preliminari
1. |
Stand li jkun jinsab f’sala ta’ espożizzjoni, li jintuża minn operatur kummerċjali għall-bejgħ tal-prodotti tiegħu f’fiera li tinżamm għal xi jiem kull sena, tikkostitwixxi post tan-negozju immobbli fis-sens tal-Artikolu 2(9)(a) tad-Direttiva 2011/83/UE (1) jew post tan-negozju mobbli fis-sens tal-Artikolu 2(9)(b) tal-imsemmija direttiva? |
2. |
Fil-każ li dan huwa post tan-negozju mobbli: għad-domanda dwar jekk operatur kummerċjali jeżerċitax l-attività tiegħu “b’mod abitwali” fl-istands ta’ fiera għandha tingħata risposta fid-dawl,
|
3. |
Fil-każ li l-perċezzjoni tal-konsumatur hija deċiżiva għar-risposta għat-tieni domanda (il-punt (b) tat-tieni domanda): fir-rigward tal-kwistjoni ta’ jekk il-konsumatur għandux jistenna l-konklużjoni ta’ kuntratt relatat mal-prodotti kkonċernati fl-okkażjoni tal-fiera inkwistjoni, għandu jitqies il-mod kif il-fiera hija ppreżentata lill-pubbliku jew il-mod kif il-fiera hija fil-fatt ippreżentata lill-konsumatur fil-mument li jassumi l-impenn kuntrattwali tiegħu? |
(1) Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Ottubru 2011, dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU 2011, L 304, p. 64).