Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CN0501

Kawża C-501/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Landgericht Köln (il-Ġermanja) fit-18 ta’ Awwissu 2017 – Germanwings GmbH vs Wolfgang Pauels

ĠU C 392, 20.11.2017, pp. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Landgericht Köln (il-Ġermanja) fit-18 ta’ Awwissu 2017 – Germanwings GmbH vs Wolfgang Pauels

(Kawża C-501/17)

(2017/C 392/18)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Köln

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Germanwings GmbH

Konvenut: Wolfgang Pauels

Domanda preliminari

Il-ħsara f’tajer ta’ ajruplan minħabba vit li kien jinsab fuq il-pista tat-tlugħ jew tal-inżul (dannu kkawżat minn oġġett estern) tikkostitwixxi ċirkustanza straordinarja fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 (1)?


(1)  Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).


Top