This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017CN0517
Case C-517/17: Request for a preliminary ruling from the Bundesverwaltungsgericht (Germany) lodged on 28 August 2017 — Milkiyas Addis v Bundesrepublik Deutschland
Kawża C-517/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fit-28 ta’ Awwissu 2017 – Milkiyas Addis vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
Kawża C-517/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fit-28 ta’ Awwissu 2017 – Milkiyas Addis vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
ĠU C 392, 20.11.2017, pp. 15–16
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
20.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 392/15 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fit-28 ta’ Awwissu 2017 – Milkiyas Addis vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
(Kawża C-517/17)
(2017/C 392/20)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesverwaltungsgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Milkiyas Addis
Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
Domandi preliminari
1. |
Id-dritt tal-Unjoni jipprekludi li, fl-implementazzjoni tal-awtorizzazzjoni mogħtija permezz tal-Artikolu 33(2)(a) tad-Direttiva 2013/32/UE (1) jew inkella permezz tad-dispożizzjoni predeċessur tal-Artikolu 25(2)(a) tad-Direttiva 2005/85/KE (2), Stat Membru (f’dan il-każ, il-Ġermanja) jiċħad applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali bħala inammissibbli minħabba r-rikonoxximent tal-istatus ta’ refuġjat fi Stat Membru ieħor (f’dan il-każ, l-Italja), meta l-forma tal-protezzjoni internazzjonali, u b’mod iktar speċifiku l-kundizzjonijiet tal-ħajja tal-persuni li jiksbu l-istatus ta’ refuġjat, ma tissodisfax, fl-Istat Membru l-ieħor li diġà ta lill-applikant protezzjoni internazzjonali (f’dan il-każ, l-Italja), ir-rekwiżiti tal-Artikoli 20 et seq tad-Direttiva 2011/95/UE, mingħajr madankollu ma tasal biex tikser l-Artikolu 4 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u l-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali? |
2. |
Jekk l-ewwel domanda tingħata risposta fl-affermattiv, dan jgħodd ukoll meta, fl-Istat Membru fejn huma jiksbu l-istatus ta’ refuġjat (f’dan il-każ, l-Italja), il-persuni li jiksbu tali status
|
3. |
L-ewwel sentenza tal-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2013/32/UE jew id-dispożizzjoni predeċessur tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 2005/85/KE tipprekludi l-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni nazzjonali li tgħid li ċ-ċaħda ta’ applikazzjoni għal ażil bħala inammissibbli li sseħħ fl-eżerċizzju tal-awtorizzazzjoni mogħtija permezz tal-Artikolu 33(2)(a) tad-Direttiva 2013/32/UE jew permezz tad-dispożizzjoni predeċessur tal-Artikolu 25(2)(a) tad-Direttiva 2005/85/UE, mingħajr intervista personali mal-applikant ma twassalx għall-annullament ta’ din id-deċiżjoni minħabba nuqqas ta’ intervista meta l-applikant ikollu l-opportunità li jesponi fil-proċedura tar-rikors l-elementi kollha li jikkontestaw deċiżjoni ta’ inammissibbiltà mingħajr madankollu ma dawn l-elementi jistgħu jwasslu sabiex tinbidel id-deċiżjoni fuq il-mertu? |
(1) Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2013, dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali, ĠU L 180, p. 6.
(2) Direttiva tal-Kunsill 2005/85/KE, tal-1 ta’ Diċembru 2005, dwar standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal-istatus ta’ rifuġjat, ĠU L 175M, p. 168.