This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017CN0518
Case C-518/17: Request for a preliminary ruling from the Verwaltungsgerichtshof (Austria) lodged on 28 August 2017 — Stefan Rudigier
Kawża C-518/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fit-28 ta’ Awwissu 2017 – Stefan Rudigier
Kawża C-518/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fit-28 ta’ Awwissu 2017 – Stefan Rudigier
ĠU C 392, 20.11.2017, pp. 16–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
20.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 392/16 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fit-28 ta’ Awwissu 2017 – Stefan Rudigier
(Kawża C-518/17)
(2017/C 392/21)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Stefan Rudigier
Konvenuta: Salzburger Verkehrsverbund GmbH
Domandi preliminari
1. |
L-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 (1) dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq huwa applikabbli wkoll fil-każ ta’ għoti ta’ kuntratt ta’ servizzi fis-sens tat-tieni sentenza tal-Artikolu 5(1) ta’ dan l-istess regolament għal servizzi ta’ trasport tal-passiġġieri bil-karozzi tal-linja skont proċedura prevista fid-Direttivi dwar il-kuntratti pubbliċi (Direttiva 2004/17/KE jew 2004/18/CE)? |
2. |
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda: Ksur tal-obbligu li tiġi ppubblikata, mill-inqas sena qabel il-bidu tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti, l-informazzjoni ċċitata fl-Artikolu 7(2)(a) sa (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 jwassal sabiex sejħa għal offerti – mingħajr tali pubblikazzjoni sena qabel il-bidu tal-proċedura, iżda li ssir fis-sens tat-tieni sentenza tal-Artikolu 5(1) ta’ dan ir-regolament fi proċedura skont id-Direttivi dwar il-kuntratti pubbliċi – ikollha titqies bħala illegali? |
3. |
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għat-tieni domanda: Id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni applikabbli għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali bis-saħħa ta’ liema l-annullament, previst fl-Artikolu 2(1)(b) tad-Direttiva 89/665/KEE (2), ta’ sejħa għal offerti – li għandha titqies bħala illegali minħabba l-assenza ta’ pubblikazzjoni skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 1370/2007 – jista’ jiġi eskluż meta l-illegalità ma jkollhiex effett deċiżiv fuq l-eżitu tal-proċedura ta’ għoti għaliex l-operatur ikkonċernat seta’ jirreaġixxi fil-ħin u għaliex ma kienx hemm effett ħażin fuq il-kompetizzjoni? |
(1) Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2007, dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 1191/69 u 1107/70 (ĠU L 315, p. 1)
(2) Direttiva tal-Kunsill 89/665/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1989, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 246).