This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015TA0175
Case T-175/15: Judgment of the General Court of 5 October 2017 — Mabrouk v Council (Common foreign and security policy — Restrictive measures directed against certain persons and entities in view of the situation in Tunisia — Measures taken against persons responsible for misappropriation of State funds and associated persons and entities — Freezing of funds — List of persons, entities and bodies subject to the freezing of funds — Continued listing of the applicant’s name — Inadequate factual basis — Manifest error of assessment — Error of law — Right to property — Principle of good administration — Obligation to adjudicate within a reasonable time — Presumption of innocence — Request for modification — Confirmatory measure — Inadmissibility)
Kawża T-175/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ottubru 2017 – Mabrouk vs Il–Kunsill (“Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija — Miżuri diretti kontra persuni responsabbli għal misapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi u kontra persuni u entitajiet assoċjati — Iffriżar ta’ fondi — Lista ta’ persuni, entitajiet u organi li fir-rigward tagħhom japplika l-iffriżar ta’ fondi — Żamma tal-elenkar ta’ isem ir-rikorrent — Bażi fattwali insuffiċjenti — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Żball ta’ liġi — Dritt għall-proprjetà — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Terminu raġonevoli għall-għoti ta’ deċiżjoni — Preżunzjoni ta’ innoċenza — Talba għal adattament — Att konfermattiv — Inammissibbiltà”)

ĠU C 392, 20.11.2017, pp. 20–20
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
20.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 392/20 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ottubru 2017 – Mabrouk vs Il–Kunsill
(Kawża T-175/15) (1)
((“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija - Miżuri diretti kontra persuni responsabbli għal misapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi u kontra persuni u entitajiet assoċjati - Iffriżar ta’ fondi - Lista ta’ persuni, entitajiet u organi li fir-rigward tagħhom japplika l-iffriżar ta’ fondi - Żamma tal-elenkar ta’ isem ir-rikorrent - Bażi fattwali insuffiċjenti - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Żball ta’ liġi - Dritt għall-proprjetà - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Terminu raġonevoli għall-għoti ta’ deċiżjoni - Preżunzjoni ta’ innoċenza - Talba għal adattament - Att konfermattiv - Inammissibbiltà”))
(2017/C 392/24)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Mohamed Marouen Ben Ali Bel Ben Mohamed Mabrouk (Tuneż, it-Tuneżija) (rappreżentanti: J.–R. Farthouat, J.–P. Mignard u N. Boulay, avukati, u S. Crosby, solicitor)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment A. de Elera-San Miguel Hurtado u G. Étienne, sussegwentement A. de Elera–San Miguel Hurtado, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/157, tat-30 ta’ Jannar 2015, li temenda d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU 2015, L 26, p. 29), sa fejn tikkonċerna lir-rikorrent, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2015 li tiċħad it-talba tar-rikorrent tad-29 ta’ Mejju 2015 sabiex ismu jiġi rtirat mil-lista annessa mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72/PESK, tal-31 ta’ Jannar 2011, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU 2011, L 28, p. 62), u tad-Deċiżjoni (PESK) tal-Kunsill 2016/119, tat-28 ta’ Jannar 2016, li temenda d-Deċiżjoni 2011/72 (ĠU 2016, L 23, p. 65), sa fejn tikkonċerna lir-rikorrent.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
M. Mohamed Marouen Ben Ali Ben Mohamed Mabrouk huwa kkundannat, minbarra għal ispejjeż tiegħu, għal dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |