Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TA0143

Kawża T-143/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Ottubru 2017 – Intesa Sanpaolo vs EUIPO – Intesia Group Holding (INTESA) [“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ revoka — Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea INTESA — Artikolu 51(1)(a) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 58(1)(a) u (2) tar-Regolament UE 2017/1001] — Assenza ta’ użu ġenwin tat-trade mark”]

ĠU C 392, 20.11.2017, pp. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/22


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Ottubru 2017 – Intesa Sanpaolo vs EUIPO – Intesia Group Holding (INTESA)

(Kawża T-143/16) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea INTESA - Artikolu 51(1)(a) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 58(1)(a) u (2) tar-Regolament UE 2017/1001] - Assenza ta’ użu ġenwin tat-trade mark”])

(2017/C 392/27)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Intesa Sanpaolo SpA (Torino, l-Italja) (rappreżentanti: P. Pozzi u G. Ghisletti, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Rajh, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Intesia Group Holding GmbH (Böblingen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: D. Jochim u R. Egerer, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-21 ta’ Jannar 2016 (Każ R 632/2015-1), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Intesa Sanpaolo u Intesia Group Holding.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Intesa Sanpaolo SpA hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha stess kif ukoll għal dawk sostnuti, fil-kuntest ta’ din il-proċedura, mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u minn Intesia Group Holding GmbH.


(1)  ĠU C 191, 30.5.2016.


Top