This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016TA0336
Case T-336/16: Judgment of the General Court of 5 October 2017 — Versace 19.69 Abbigliamento Sportivo v EUIPO — Gianni Versace (VERSACE 19.69 ABBIGLIAMENTO SPORTIVO) (EU trade mark — Opposition proceedings — Application for EU figurative trade mark VERSACE 19.69 ABBIGLIAMENTO SPORTIVO — Earlier EU word mark VERSACE — Genuine use of the earlier mark — Article 42(2) of Regulation (EC) No 207/2009 — Relative ground for refusal — Likelihood of confusion — Similarity of signs — Article 8(1)(b) of Regulation (EC) No 207/2009)
Kawża T-336/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ottubru 2017 – Versace 19.69 Abbigliamento Sportivo vs EUIPO – Gianni Versace (VERSACE 19.69 ABBIGLIAMENTO SPORTIVO) [“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva VERSACE 19.69 ABBIGLIAMENTO SPORTIVO — Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti VERSACE — Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti — Artikolu 42(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009”]
Kawża T-336/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ottubru 2017 – Versace 19.69 Abbigliamento Sportivo vs EUIPO – Gianni Versace (VERSACE 19.69 ABBIGLIAMENTO SPORTIVO) [“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva VERSACE 19.69 ABBIGLIAMENTO SPORTIVO — Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti VERSACE — Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti — Artikolu 42(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009”]
ĠU C 392, 20.11.2017, pp. 23–24
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
20.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 392/23 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ottubru 2017 – Versace 19.69 Abbigliamento Sportivo vs EUIPO – Gianni Versace (VERSACE 19.69 ABBIGLIAMENTO SPORTIVO)
(Kawża T-336/16) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva VERSACE 19.69 ABBIGLIAMENTO SPORTIVO - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti VERSACE - Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti - Artikolu 42(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009”])
(2017/C 392/29)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Versace 19.69 Abbigliamento Sportivo Srl (Busto Arsizio, l-Italja) (rappreżentanti: inizjalment F. Caricato, sussegwentement M. Cartella u B. Cartella, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: L. Rampini, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Gianni Versace SpA (Milano, l-Italja) (rappreżentant: M. Francetti, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas-6 ta’ April 2016 (Każ R 1005/2015-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Gianni Versace u Versace 19.69 Abbigliamento Sportivo.
Dispożittiv
1) |
Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), tas-6 ta’ April 2016 (Każ R 1005/2015-1), hija annullata, sa fejn, fiha, il-Bord tal-Appell ikkonkluda li kien hemm użu ġenwin tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti VERSACE għal “oġġetti tessili” (mhux inkużi fi klassijiet oħra), minbarra “Bjankerija”, fil-klassi 24. |
2) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
3) |
Versace 19.69 Abbigliamento Sportivo Srl għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, nofs l-ispejjeż sostnuti mill-EUIPO. |
4) |
L’EUIPO għandha tbati nofs l-ispejjeż rispettivi tagħha. |
5) |
Gianni Versace SpA għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha. |