This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62009TB0097
Case T-97/09: Order of the General Court of 13 September 2017 — Germany v Commission (Action for annulment — ERDF — Reduction in financial aid — Failure to comply with the time limit for adoption of a decision — Infringement of essential procedural requirements — Action manifestly well founded)
Kawża T-97/09: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2017 – Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni (“Rikors għal annullament — FEŻR — Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja — Nuqqas ta’ osservanza tat-terminu għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni — Ksur ta’ rekwiżiti formali essenzjali — Rikors manifestament fondat”)
Kawża T-97/09: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2017 – Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni (“Rikors għal annullament — FEŻR — Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja — Nuqqas ta’ osservanza tat-terminu għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni — Ksur ta’ rekwiżiti formali essenzjali — Rikors manifestament fondat”)
ĠU C 392, 20.11.2017, pp. 26–26
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
20.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 392/26 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2017 – Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-97/09) (1)
((“Rikors għal annullament - FEŻR - Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja - Nuqqas ta’ osservanza tat-terminu għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni - Ksur ta’ rekwiżiti formali essenzjali - Rikors manifestament fondat”))
(2017/C 392/32)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: inizjalment minn M. Lumma, C. Blaschke u T. Henze, sussegwentement minn T. Henze u J. Möller, aġenti, assistiti minn C. von Donat, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Conte, A. Steiblytė u B.-R. Killmann, aġenti)
Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: inizjalment minn J. Rodríguez Cárcamo, avukat, sussegwentement minn A. Rubio González, abogado del estado, u finalment minn V. Ester Casas, aġent), u r-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: inizjalment minn C. Wissels u Y. de Vries, sussegwentement minn J. Langer u B. Koopman, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 8465 finali, tad-19 ta’ Diċembru 2008, dwar it-tnaqqis tal-għajnuna ekonomika mogħtija mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) favur il-programm operattiv fir-reġjun Objettiv 1 tal-Land Sachsen fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (1994-1999), skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(94) 1939/4, tal-5 ta’ Awwissu 1994, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(94) 2273/4, tat-22 ta’ Awwissu 1994 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(94) 1425, tas-6 ta’ Settembru 1994;
Dispożittiv
1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 8465 finali, tad-19 ta’ Diċembru 2008, dwar it-tnaqqis tal-għajnuna ekonomika mogħtija mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) favur il-programm operattiv fir-reġjun Objettiv 1 tal-Land Sachsen fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (1994-1999), skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(94) 1939/4,tal-5 ta’ Awwissu 1994, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(94) 2273/4 tat-22 ta’ Awwissu 1994 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(94) 1425, tas-6 ta’ Settembru 1994, huma annullati. |
2) |
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja. |
3) |
Ir-Renju ta’ Spanja u r-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom. |