Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TB0104

Kawża T-104/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2017 – Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni (“Rikors għal annullament — FEŻR — Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja — Programm Resider II — Nuqqas ta’ osservanza tat-terminu għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni — Ksur ta’ rekwiżiti formali essenzjali — Rikors manifestament fondat”)

ĠU C 392, 20.11.2017, pp. 27–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/27


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2017 – Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-104/10) (1)

((“Rikors għal annullament - FEŻR - Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja - Programm Resider II - Nuqqas ta’ osservanza tat-terminu għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni - Ksur ta’ rekwiżiti formali essenzjali - Rikors manifestament fondat”))

(2017/C 392/34)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: J. Möller u T. Henze, aġenti, assistiti minn C. von Donat, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B.-R. Killmann, B. Conte u A. Steiblytė, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 10561, tat-18 ta’ Diċembru 2009, li tnaqqas l-għajnuna finanzjarja mogħtija mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(95) 2539, tas-27 ta’ Novembru 1995, għall-programm Resider II rigward Saarland (1994-1999), fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 10561, tat-18 ta’ Diċembru 2009, li tnaqqas l-għajnuna finanzjarja mogħtija mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) permezz tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni C(95) 2539, tas-27 ta’ Novembru 1995, għall-programm Resider II rigward Saarland (1994-1999), fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, hija annullata.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 134, 22.5.2010.


Top