This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010TB0114
Case T-114/10: Order of the General Court of 13 September 2017 — Germany v Commission (Action for annulment — ERDF — Reduction in financial aid — Programme Interreg II/C programme ‘Rhine-Meuse flood’ — Failure to comply with the time limit for adoption of a decision — Infringement of essential procedural requirements — Action manifestly well founded)
Kawża T-114/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2017 – Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni (“Rikors għal annullament — FEŻR — Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja — Programm Interreg II/C ‘Għargħar Renu-Meuse’ — Nuqqas ta’ osservanza tat-terminu għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni — Ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali — Rikors manifestament fondat”)
Kawża T-114/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2017 – Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni (“Rikors għal annullament — FEŻR — Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja — Programm Interreg II/C ‘Għargħar Renu-Meuse’ — Nuqqas ta’ osservanza tat-terminu għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni — Ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali — Rikors manifestament fondat”)
ĠU C 392, 20.11.2017, pp. 28–29
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
20.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 392/28 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2017 – Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-114/10) (1)
((“Rikors għal annullament - FEŻR - Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja - Programm Interreg II/C ‘Għargħar Renu-Meuse’ - Nuqqas ta’ osservanza tat-terminu għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni - Ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali - Rikors manifestament fondat”))
(2017/C 392/35)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: inizjalment J. Möller u C. Blaschke, sussegwentement J. Möller u T. Henze, aġenti, assistiti minn U. Karpenstein, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B.-R. Killmann, B. Conte u A. Steiblytė, aġenti)
Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: inizjalment G. De Bergues u B. Messmer, sussegwentement D. Colas u J. Bousin, aġenti), u r-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: inizjalment C. Wissels u M. Noort, sussegwentement M. Bulterman u B. Koopman, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 10712, tat-23 ta’ Diċembru 2009, dwar it-tnaqqis tal-għajnuna mogħtija mill-Fond Ewropew għall-iżvilupp reġjonali (FEŻR) taħt il-Programm ta’ Inizjattiva tal-Komunità Interreg II/C “Għargħar Renu-Meuse”, fir-Renju tal-Belġju, fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, fir-Repubblika Franċiża, fil-Gran Dukat tal-Lussemburgu u fir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(97)3742, tat-18 ta’ Diċembru 1997 (FEŻR Nru 970010008).
Dispożittiv
1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 10712, tat-23 ta’ Diċembru 2009, dwar it-tnaqqis tal-għajnuna mogħtija mill-Fond Ewropew għall-iżvilupp reġjonali (FEŻR) taħt il-Programm ta’ Inizjattiva tal-Komunità Interreg II/C “Għargħar Renu-Meuse”, fir-Renju tal-Belġju, fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, fir-Repubblika Franċiża, fil-Gran Dukat tal-Lussemburgu u fir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(97)3742, tat-18 ta’ Diċembru 1997 (FEŻR Nru 970010008 hija annullata, sa fejn tikkonċerna lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja. |
2) |
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja. |
3) |
Ir-Repubblika Franċiża u r-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom. |