Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TB0542

Kawża T-542/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Settembru 2017 – L-Ungerija vs Il-Kummissjoni (“FEŻR — Programm operattiv tat-trasport u programmi operattivi reġjonali għar-reġjuni Ungeriżi ta’ Közép-Magyarország, Nyugat-Dunántúl, Dél-Alföld, Közép-Dunántúl, Észak-Magyarország, Észak-Alföld u Dél-Dunántúl — Deċiżjoni ta’ sospensjoni tal-pagamenti intermedjarji — Abrogazzjoni tal-att ikkontestat — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

ĠU C 392, 20.11.2017, pp. 29–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/29


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Settembru 2017 – L-Ungerija vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-542/15) (1)

((“FEŻR - Programm operattiv tat-trasport u programmi operattivi reġjonali għar-reġjuni Ungeriżi ta’ Közép-Magyarország, Nyugat-Dunántúl, Dél-Alföld, Közép-Dunántúl, Észak-Magyarország, Észak-Alföld u Dél-Dunántúl - Deċiżjoni ta’ sospensjoni tal-pagamenti intermedjarji - Abrogazzjoni tal-att ikkontestat - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

(2017/C 392/36)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: L-Ungerija (rappreżentanti: J. Bonhage u F. Quast, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B.-R. Killmann u A. Tokár, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 4979, tal-14 ta’ Lulju 2015, dwar is-sospensjoni ta’ parti mill-pagamenti intermedjarji tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u tal-Fond ta’ Koeżjoni għan-nefqa tal-programmi operattivi “Trasport” intiżi għar-reġjuni Ungeriżi ta’ Közép-Magyarország, Nyugat-Dunántúl, Dél-Alföld, Közép-Dunántúl, Észak-Magyarország, Észak-Alföld u Dél-Dunántúl.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

L-Ungerija hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 406, 7.12.2015.


Top