Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TB0402

Kawża T-402/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Settembru 2017 – Berliner Stadtwerke vs EUIPO (berlinGas) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea berlinGas — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Rikors manifestament infondat fid-dritt”)

ĠU C 392, 20.11.2017, pp. 30–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Settembru 2017 – Berliner Stadtwerke vs EUIPO (berlinGas)

(Kawża T-402/16) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea berlinGas - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Rikors manifestament infondat fid-dritt”))

(2017/C 392/38)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Berliner Stadtwerke GmbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Spieker, A. Schönfleisch u M. Alber, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Manea u D. Hanf, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Mejju 2016 (Każ R 291/2016-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal verbali berlinGas bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Berliner Stadtwerke GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 335, 12.9.2016.


Top