Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TB0443

Kawża T-443/17 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2017 – António Conde & Companhia vs Il-Kummissjoni (“Proċeduri għal miżuri provviżorji — Bastiment tas-sajd — Organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd fl-Atlantiku tal-Grigal — Talba għal miżuri provviżorji — Nuqqas ta’ urġenza”)

ĠU C 392, 20.11.2017, pp. 32–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/32


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2017 – António Conde & Companhia vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-443/17 R)

((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Bastiment tas-sajd - Organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd fl-Atlantiku tal-Grigal - Talba għal miżuri provviżorji - Nuqqas ta’ urġenza”))

(2017/C 392/41)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: António Conde & Companhia, SA, (Gafanha de Nazaré, il-Portugall) (rappreżentant: J. García-Gallardo Gil-Fournier, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouquet, A. Lewis u F. Moro, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża sabiex il-Kummissjoni tiġi ordnata tittrażmetti lis-segretarjat tal-Kummissjoni tas-Sajd tal-Atlantiku tal-Grigal (NEAFC) il-lista emendata għall-2017, mibgħuta lill-Kummissjoni mir-Repubblika Portugiża, li fiha hemm il-bastimenti Santa IsabelCalvão li jtajru l-bandiera Portugiża.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


Top