This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017TN0607
Case T-607/17: Action brought on 6 September 2017 — Volotea v Commission
Kawża T-607/17: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Settembru 2017 – Volotea vs Il-Kummissjoni
Kawża T-607/17: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Settembru 2017 – Volotea vs Il-Kummissjoni
ĠU C 392, 20.11.2017, pp. 34–35
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
20.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 392/34 |
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Settembru 2017 – Volotea vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-607/17)
(2017/C 392/43)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Volotea, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentanti: M. Carpagnano, avukat, u M. Nordmann, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla, parzjalment, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tad-29 ta’ Lulju 2016 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.33983 (2013/C) (ex 2012/NN) (ex 2011/NN) implementata mill-Italja bħala kumpens lill-ajruporti ta’ Sardinja għall-obbligi ta’ servizz pubbliku; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż tagħha stess u dawk sostnuti mir-rikorrenti. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq li l-Kummissjoni interpretat b’mod żbaljat it-tifsira ta’ għajnuna mill-Istat taħt l-Artikolu 107(1) TFUE.
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq li l-Kummissjoni interpretat b’mod żbaljat it-tifsira ta’ ġustifikazzjoni tal-għajnuna mill-Istat.
|
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq li, billi ordnat l-irkupru tal-għajnuna allegatament illegali, il-Kummissjoni naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni l-interessi leġittimi tar-rikorrenti. Il-Kummissjoni, li hija nieqsa minn prattika ċara fir-rigward ta’ għajnuna indiretta, ma kellhiex tinsisti fuq l-irkupru. |
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq li l-Kummissjoni ttrattat b’mod żbaljat l-investigazzjoni peress li hija ma investigatx il-miżuri kkontestati b’diliġenza u b’imparzjalità.
|
5. |
Il-ħames motiv ibbażat fuq li l-Kummissjoni naqset milli tagħti motivazzjoni.
|