This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017TN0647
Case T-647/17: Action brought on 22 September 2017 — Serendipity and Others v EUIPO — CKL Holdings (CHIARA FERRAGNI)
Kawża T-647/17: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Settembru 2017 – Serendipity et vs EUIPO – CKL Holdings (CHIARA FERRAGNI)
Kawża T-647/17: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Settembru 2017 – Serendipity et vs EUIPO – CKL Holdings (CHIARA FERRAGNI)
ĠU C 392, 20.11.2017, pp. 38–38
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
20.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 392/38 |
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Settembru 2017 – Serendipity et vs EUIPO – CKL Holdings (CHIARA FERRAGNI)
(Kawża T-647/17)
(2017/C 392/47)
Lingwa tar-rikors: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Serendipity Srl (Milano, l-Italja), Giuseppe Morgese (Barletta, l-Italja), Pasquale Morgese (Barletta) (rappreżentanti: C. Volpi, L. Aliotta, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: CKL Holdings NV (CV Bussum, il-Pajjiżi l-Baxxi)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva verbali tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-element verbali “CHIARA FERRAGNI” bil-kulur iswed u blu ċelesti – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 346 795
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: il-proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas-17 ta’ Lulju 2017, fil-Każ R 2444/2016-4
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motivi invokati
— |
Eżistenza minn qabel tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea preċedenti Nru 011841582 “Chiara Ferragni” ippreżentata fil-25 ta’ Ġunju 2013, irreġistrata fl-10 ta’ Ottubru 2013; |
— |
Xebh żbaljat ta’ trade marks konfliġġenti; |
— |
Evalwazzjoni globali żbaljata tal-possibbiltà ta’ konfużjoni. |