This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62018CA0033
C-33/18: Judgment of the Court (Sixth Chamber) of 6 June 2019 (request for a preliminary ruling from the Cour du travail de Liège — Belgium) — V v Institut national d'assurances sociales pour travailleurs indépendants (Inasti), Securex Integrity ASBL (Reference for a preliminary ruling — Coordination of social security systems — Migrant workers — Regulation (EC) No 883/2004 — Transitional provisions — Article 87(8) — Regulation (EEC) No 1408/71 — Article 14c(b) — Worker exercising an activity as an employed and an activity as a self-employed person in different Member States — Derogations from the principle of a single applicable national legislation — Double affiliation — Application to be subject to the legislation applicable under Regulation No 883/2004)
Kawża C-33/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-6 ta Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour du travail de Liège — il-Belġju) — V vs Institut national d’assurances sociales pour travailleurs indépendants (Inasti), Securex Integrity ASBL (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Koordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali — Ħaddiema migranti — Regolament (KE) Nru 883/2004 — Dispożizzjonijiet tranżitorji — Artikolu 87(8) — Regolament (KEE) Nru 1408/71 — Artikolu 14ċ(b) — Ħaddiem li jeżerċita attività bħala persuna impjegata u attività bħala persuna li taħdem għal rasha fi Stati Membri differenti — Derogi għall-prinċipju ta’ uniċità tal-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli — Affiljazzjoni doppja — Tressiq ta’ talba bil-għan tal-issuġġettar għal-leġiżlazzjoni applikabbli bis-saħħa tar-Regolament Nru 883/2004)

ĠU C 263, 5.8.2019, pp. 10–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
5.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 263/10 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-6 ta Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour du travail de Liège — il-Belġju) — V vs Institut national d’assurances sociales pour travailleurs indépendants (Inasti), Securex Integrity ASBL
(Kawża C-33/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Koordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali - Ħaddiema migranti - Regolament (KE) Nru 883/2004 - Dispożizzjonijiet tranżitorji - Artikolu 87(8) - Regolament (KEE) Nru 1408/71 - Artikolu 14ċ(b) - Ħaddiem li jeżerċita attività bħala persuna impjegata u attività bħala persuna li taħdem għal rasha fi Stati Membri differenti - Derogi għall-prinċipju ta’ uniċità tal-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli - Affiljazzjoni doppja - Tressiq ta’ talba bil-għan tal-issuġġettar għal-leġiżlazzjoni applikabbli bis-saħħa tar-Regolament Nru 883/2004)
(2019/C 263/12)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour du travail de Liège
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: V
Konvenuti: Institut national d’assurances sociales pour travailleurs indépendants, Securex Integrity ASBL
Dispożittiv
L-Artikolu 87(8) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 988/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009, għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna li, fid-data tal-applikazzjoni tar-Regolament Nru 883/2004, kienet teżerċita attività bħala persuna impjegata fi Stat Membru u attività bħala persuna li taħdem għal rasha fi Stat Membru ieħor, peress li kienet għaldaqstant suġġetta simultanjament għal-leġiżlazzjonijiet applikabbli fil-qasam tas-sigurtà soċjali ta’ dawn iż-żewġ Stati Membri, ma kellhiex, sabiex tkun suġġetta għal-leġiżlazzjoni applikabbli skont ir-Regolament Nru 883/2004, kif emendat bir-Regolament Nru 988/2009, tressaq talba espressa f’dan is-sens.