This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019TN0357
Case T-357/19: Action brought on 14 June 2019 — Italy v Commission
Kawża T-357/19: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Ġunju 2019 — L-Italja vs Il-Kummissjoni
Kawża T-357/19: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Ġunju 2019 — L-Italja vs Il-Kummissjoni
ĠU C 263, 5.8.2019, pp. 57–58
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
5.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 263/57 |
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Ġunju 2019 — L-Italja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-357/19)
(2019/C 263/64)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: P. Gentili, avvocato dello Stato, u G. Palmieri, aġent)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2019) 2652 finali tat-3 ta’ April 2019, innotifikata fl-4 ta’ April 2019, li tapprova il-“Proġett nazzjonali kbir Banda Ultra Larga (broadband b’veloċità għolja ħafna) — żoni bojod” (GP BUL) għal spiża eliġibbli ta’ EUR 941 022 670, sa fejn din teskludi mill-kontribuzzjoni tal-FEŻR l-ispejjeż sostnuti mill-benefiċċjaru rappreżentanti VAT, u tiddikajara li għall-kuntrarju, dawn l-ispejjeż għandhom ikunu inklużi fil-kontribuzzjoni u finalment li tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.
1. |
Permezz tal-ewwel motiv, hija tallega ksur tal-Artikolu 69(3)(c) tar-Regolament Nru 1303/2013 peress li l-ebda waħda mit-tliet raġunijiet għal esklużjoni tal-ispejjeż tal-VAT ma tikkorrispondi mal-każ li fih huwa possibbli li tiġi rkuprata l-VAT skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali f’dan il-qasam. |
2. |
Permezz tat-tieni motiv, hija tallega ksur tal-leġiżlazzjoni marbuta mal-persuna suġġetta għall-VAT (Artikoli 9 u 13 tad-Direttiva 2006/112/CE) u mal-korp li jintaxxa fil-qasam tal-VAT (Artikoli 206 u 250 tad-direttiva ċċitata iktar ’il fuq); hija tilmenta wkoll dwar ksur tal-kostituzzjonijiet nazzjonali u tal-istruttura fundamentali tal-Istati Membri (Artikolu 4(2) TUE); tal-Artikolu 69(3)(c) tar-Regolament Nru 1303/2013. F’dan ir-rigward huwa ddikajarat li huwa illegali li jitqies li l-VAT imħallsa fuq l-input mill-MiSE (Ministeru tal-Iżvilupp Ekonomiku) bħala benefiċċjarju tal-kontribuzzjoni tal-FEDER tista’ tiġi rkuprata peress li ministeru ieħor (dak tal-Finanzi) ġabar dawn is-somom abbażi ta’ dan id-dħul fiskali. |
3. |
Permezz tat-tielet motiv, hija tallega ksur tal-Artikoli 9, 11, 13 u 28 tad-Direttiva 2006/112/KE. Skont ir-rikorrenti, il-fatt li Infratel hija kumpannija in house tal-MiSE (Ministeru tal-Iżvilupp Ekonomiku) ma jeskludix il-fatt li l-provvista minn dan tal-aħħar ta’ beni u ta’ servizzi huma ffatturati bil-VAT. |
4. |
Permezz tar-raba’ motiv, hija tallega ksur tal-Artikoli 61(8) u 69(3)(c) tar-Regolament Nru 1303/2013. Ir-rikorrenti ssostni li l-proġett inkwistjoni ġie kkofinanzjat mill-FEŻR bħala għajnuna mill-Istat. Għaldaqstant, dan tal-aħħar ma jistax jitqies bħala proġett li jiġġenera dħul. |