Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TN0371

Kawża T-371/19: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Ġunju 2019 — Itinerant Show Room vs EUIPO — Forest (FAKE DUCK)

ĠU C 263, 5.8.2019, pp. 68–68 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/68


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Ġunju 2019 — Itinerant Show Room vs EUIPO — Forest (FAKE DUCK)

(Kawża T-371/19)

(2019/C 263/73)

Lingwa tar-rikors: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Itinerant Show Room Srl (San Giorgio in Bosco, l-Italja) (rappreżentanti: A. Visentin, M. Cartella u B. Cartella, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Forest Srl (Milano, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva FAKE DUCK — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 912 496

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ April 2019 fil-Każ R 1117/2018-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

fuq il-bażi tal-motivi invokati, tilqa’ r-rikors bħala fondat u għalhekk:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tordna lill-EUIPO tilqa’ l-applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 015912496 anki fir-rigward tal-klassijiet 18 u 25;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Assenza ta’ evalwazzjoni tal-modalitajiet konkreti tal-akkwist tal-prodotti.


Top