This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019TB0388
Case T-388/19 R: Order of the President of the General Court of 1 July 2019 — Puigdemont i Casamajó and Comín i Oliveres v Parliament (Application for interim measures – European Parliament – Verification of the credentials – No prima facie case)
Kawża T-388/19 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Lulju 2019 – Puigdemont i Casamajó u Comín i Oliveres vs Il-Parlament (Talba għal miżuri provviżorji – Parlament Ewropew – Verifika ta’ poteri – Assenza ta’ fumus boni juris)
Kawża T-388/19 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Lulju 2019 – Puigdemont i Casamajó u Comín i Oliveres vs Il-Parlament (Talba għal miżuri provviżorji – Parlament Ewropew – Verifika ta’ poteri – Assenza ta’ fumus boni juris)
ĠU C 363, 28.10.2019, pp. 16–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
28.10.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 363/16 |
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Lulju 2019 – Puigdemont i Casamajó u Comín i Oliveres vs Il-Parlament
(Kawża T-388/19 R)
(Talba għal miżuri provviżorji - Parlament Ewropew - Verifika ta’ poteri - Assenza ta’ fumus boni juris)
(2019/C 363/24)
Lingwa tal-kawża:l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Puigdemont i Casamajó (Waterloo, il-Belġju) u Comín i Oliveres (Waterlo) (rappreżentanti: B. Bekaert, B. Emmerson, G. Boye u S. Bekaert, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Suġġett
Talba ppreżentata skont l-Artikoli 278 u 279 TFUE intiża, l-ewwel nett, għas-sospensjoni tal-implimentazzjoni ta’ diversi deċiżjonijiet tal-Parlament Ewropew adottati sabiex l-applikanti jiġu preklużi milli jpoġġu fil-Parlament bħala membri eletti u, it-tieni nett, sabiex il-Parlament jintalab jadotta l-miżuri neċessarji, inkluża d-dikjarazzjoni tal-privileġġi u immunitajiet tal-applikanti, sabiex jiġu ammessi jpoġġu fil-Parlament b’effett mit-2 ta’ Lulju 2019.
Dispożittiv
1) |
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda. |
2) |
L-ispejjeż huma rriżervati. |