This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019CN0671
Case C-671/19: Request for a preliminary ruling from the Conseil du Contentieux des étrangers (Belgium) lodged on 10 September 2019 — X v État belge
Kawża C-671/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil du Contentieux des Étrangers (il-Belġju) fl-10 ta’ Settembru 2019– X vs État belge
Kawża C-671/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil du Contentieux des Étrangers (il-Belġju) fl-10 ta’ Settembru 2019– X vs État belge
ĠU C 372, 4.11.2019, pp. 24–25
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
4.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 372/24 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil du Contentieux des Étrangers (il-Belġju) fl-10 ta’ Settembru 2019– X vs État belge
(Kawża C-671/19)
(2019/C 372/26)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil du Contentieux des Étrangers
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: X
Konvenut: État belge
Domandi preliminari
1) |
L-indikazzjoni fl-Artikolu 34(5) tad-Direttiva (UE) 2016/801 (1), li l-kontestazzjoni legali prevista f’dan l-artikolu għandha ssir “f’konformità mal-liġi nazzjonali” għandha tiġi interpretata fis-sens li huwa l-leġiżlatur nazzjonali biss li għandu jiddetermina l-modalitajiet ta’ din il-kontestazzjoni legali mingħajr ma l-qorti nazzjonali għandha l-obbligu tivverifika jekk dawn il-modalitajiet humiex konformi mad-dritt għal rimedju effettiv fis-sens tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea? |
2) |
|
3) |
Jekk ir-risposta għall-punt (a) jew (b) tat-tieni domanda tkun affermattiva, il-qorti nazzjonali għandha l-obbligu tipprivileġġa interpretazzjoni tal-liġi li tkun konformi mal-għan tad-Direttiva 2016/801 sabiex tasal għal soluzzjoni li tkun konformi mal-għan li din trid tilħaq, billi taċċetta li teżamina skont il-kundizzjonijiet tal-urġenza estrema talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni prevista fl-Artikolu 20 ta’ din id-direttiva, meta x-xogħol preparatorju tal-liġi jista’ jindika li din ma kinitx l-intenzjoni tal-leġiżlatur? |
4) |
Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tkun negattiva, il-kontestazzjoni legali prevista fl-Artikolu 34(5) tad-Direttiva 2016/801 tobbliga lill-Istati Membri, sabiex ikunu konformi mal-Artikolu 47 tal-Karta, jipprevedu li f’ċerti każijiet il-qorti tista’ tordna lill-awtorità toħroġ il-viża? |
(1) Direttiva (UE) 2016/801 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar il-kundizzjonijiet ta’ dħul u residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-finijiet ta’ riċerka, studji, taħriġ, servizz volontarju, skemi ta’ skambju ta’ skulari jew proġetti edukattivi u au pairing (ĠU 2016, L 132, p. 21).