This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019CN0689
Case C-689/19 P: Appeal brought on 18 September 2019 by VodafoneZiggo Group BV against the order of the General Court (First Chamber) delivered on 9 July 2019 in Case T-660/18: VodafoneZiggo Group BV v Commission
Kawża C-689/19 P: Appell ippreżentat fit-18 ta’ Settembru 2019 minn VodafoneZiggo Group BV mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fid-9 ta’ Lulju 2019 fil-Kawża T-660/18, VodafoneZiggo Group BV vs Il-Kummissjoni
Kawża C-689/19 P: Appell ippreżentat fit-18 ta’ Settembru 2019 minn VodafoneZiggo Group BV mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fid-9 ta’ Lulju 2019 fil-Kawża T-660/18, VodafoneZiggo Group BV vs Il-Kummissjoni
ĠU C 372, 4.11.2019, pp. 29–30
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
4.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 372/29 |
Appell ippreżentat fit-18 ta’ Settembru 2019 minn VodafoneZiggo Group BV mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fid-9 ta’ Lulju 2019 fil-Kawża T-660/18, VodafoneZiggo Group BV vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-689/19 P)
(2019/C 372/31)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: VodafoneZiggo Group BV (rappreżentanti: W. Knibbeler, A.A.J. Pliego Selie, B.A. Verheijen, advocaten)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
L-appellanti titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
— |
tannulla d-digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Lulju 2019 fil-Kawża T-660/18 (id-digriet appellat); |
— |
tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali; |
— |
tirriżerva l-ispejjeż ta’ din il-proċedura. |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq żbalji ta’ liġi fil-konklużjoni tal-Qorti Ġenerali li d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2018) 5848 final (id-deċiżjoni kkontestata) ma tipproduċix effetti legali vinkolanti.
L-ewwel parti tal-ewwel aggravju: il-ħtieġa li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali “jagħtu l-akbar kunsiderazzjoni lill-” kummenti tal-Kummissjoni Ewropea magħmula skont l-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 2002/21/KE (1) timponi fuq dawn l-awtoritajiet obbligu legalment vinkolanti.
It-tieni parti tal-ewwel aggravju: il-kummenti magħmula skont l-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 2002/21/KE jammontaw għal awtorizzazzjoni, peress li b’dan il-mod il-Kummissjoni Ewropea tagħżel li tikkonkludi l-investigazzjoni tagħha mingħajr ma tagħmel użu mid-dritt tagħha ta’ veto.
It-tielet parti tal-ewwel aggravju: id-deċiżjoni kkontestata ma tistax tiġi kklassifikata bħala att preparatorju, peress li l-proċedura segwita mill-Kummissjoni Ewropea hija separata u distinta mill-proċedura nazzjonali.
Ir-raba’ parti tal-ewwel aggravju: il-Qorti Ġeenrali, billi ddeċidiet li l-użu tal-kelma “deċiżjoni ” mill-Kummissjoni“ma huwiex xieraq”, tmur lil hinn mill-kompetenza tagħha fil-qasam tal-istħarriġ ġudizzjarju.
Il-ħames parti tal-ewwel aggravju: id-digriet appellat huwa vvizzjat minn nuqqas ta’ motivazzjoni fid-dikjarazzjoni tiegħu li l-għan tad-deċiżjoni kkontestata huwa“irrilevanti”.
It-tieni aggravju huwa bbażat fuq żbalji proċedurali li jirriżultaw min-nuqqas li jiġu indirizzati argumenti li, fuq il-mertu, kapaċi jinfluwenzaw l-eżitu tal-kawża.
L-ewwel parti tat-tieni aggravju: tirrigwarda l-argument li jgħid li ġiet eskluża opportunità għall-BEREC li jippreżenta osservazzjonijiet.
It-tieni parti tat-tieni aggravju: tirrigwarda l-argument li jgħid li l-esklużjoni tal-possibbiltà għal smigħ ma tistax tiġi rrimedjata minn possibbiltajiet oħra għal smigħ li ma humiex relatati.
It-tielet aggravju bbażat fuq żbalji ta’ liġi fil-konklużjoni tal-Qorti Ġenerali li tgħid li ma nkisrux id-drittijiet fundamentali tal-appellanti. L-appellanti tgawdi mid-drittijiet fundametali stabbiliti fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u l-argumenti tagħha u l-ammissibbiltà għandhom jiġu interpretati fid-dawl tagħhom. Barra minn hekk, il-proċedura għal deċiżjoni preliminari ma tistax tipprevjeni l-ksur.
(1) Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi [networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi] (Direttiva Kwadru) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 349).