Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TN0128

Kawża T-128/20: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Frar 2020 – Collibra vs EUIPO – Dietrich (COLLIBRA)

ĠU C 129, 20.4.2020, pp. 24–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.4.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 129/24


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Frar 2020 – Collibra vs EUIPO – Dietrich (COLLIBRA)

(Kawża T-128/20)

(2020/C 129/30)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Collibra (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: A. Renck, A. Bothe, avukati u I. Junkar, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Hans Dietrich (Starnberg, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea COLLIBRA– Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 787 772

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Diċembru 2019 fil-Każ R 737/2019-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell jekk tintervjeni għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


Top