Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CA0048

Kawża C-48/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-5 ta’ Marzu 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof – il-Ġermanja) – X-GmbH vs Finanzamt Z (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Tassazzjoni – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 132(1)(ċ) – Eżenzjonijiet – Servizzi ta’ kura lill-persuna mwettqa fil-kuntest tal-eżerċizzju tal-professjonijiet mediċi u paramediċi – Servizzi permezz tat-telefon – Servizzi pprovduti minn infermiera u minn assistenti mediċi)

ĠU C 161, 11.5.2020, pp. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

11.5.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-5 ta’ Marzu 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof – il-Ġermanja) – X-GmbH vs Finanzamt Z

(Kawża C-48/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 132(1)(ċ) - Eżenzjonijiet - Servizzi ta’ kura lill-persuna mwettqa fil-kuntest tal-eżerċizzju tal-professjonijiet mediċi u paramediċi - Servizzi permezz tat-telefon - Servizzi pprovduti minn infermiera u minn assistenti mediċi)

(2020/C 161/14)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: X-GmbH

Konvenut: Finanzamt Z

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 132(1)(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li servizzi pprovduti bit-telefon, li jikkonsistu fl-għoti ta’ pariri dwar is-saħħa u l-mard, jistgħu jaqgħu taħt l-eżenzjoni prevista f’din id-dispożizzjoni, bil-kundizzjoni li jkollhom għan terapewtiku, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.

2)

L-Artikolu 132(1)(ċ) tad-Direttiva 2006/112 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jimponix li, minħabba l-fatt li provvisti ta’ kura lill-persuna jitwettqu bit-telefon, l-infermiera u l-assistenti mediċi li jipprovdu dawn is-servizzi jkunu suġġetti għal rekwiżiti ta’ kwalifika professjonali supplimentari, sabiex l-imsemmija servizzi jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-eżenzjoni prevista f’din id-dispożizzjoni, bil-kundizzjoni li dawn ikunu jistgħu jitqiesu li huma ta’ livell ta’ kwalità ekwivalenti għal dak tas-servizzi mwettqa minn fornituri oħra li jużaw l-istess mezz ta’ komunikazzjoni, liema ħaġa għandha tiġi vverifikata mill-qorti tar-rinviju.


(1)  ĠU C 148, 29.04.2019.


Top