Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TN0331

Kawża T-331/20: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Mejju 2020 – Laboratorios Ern vs EUIPO – Le-Vel Brands (Le-Vel)

ĠU C 247, 27.7.2020, pp. 42–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 247/42


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Mejju 2020 – Laboratorios Ern vs EUIPO – Le-Vel Brands (Le-Vel)

(Kawża T-331/20)

(2020/C 247/58)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Laboratorios Ern, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: S. Correa Rodríguez, lawyer)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Le-Vel Brands LLC (Frisco, Texas, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Le-Vel” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 229 974

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Marzu 2020 fil-Każ R 2113/2019-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiċħad it-talba għal reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea “Le-vel” Nru 15 229 974 għall-prodotti u s-servizzi kollha li jaqgħu taħt il-klassijiet 3 u 35;

tikkundanna lil EUIPO u lill-intervenjenti (fil-każ li Le-Vel Brands, LLC, tiddeċiedi li tintervjeni fil-kawża odjerna) għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilll.


Top