This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62020TN0340
Case T-340/20: Action brought on 3 June 2020 — Galván Fernández-Guillén v SRB
Kawża T-340/20: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Ġunju 2020 – Galván Fernández-Guillén vs SRB
Kawża T-340/20: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Ġunju 2020 – Galván Fernández-Guillén vs SRB
ĠU C 247, 27.7.2020, pp. 44–45
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
27.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 247/44 |
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Ġunju 2020 – Galván Fernández-Guillén vs SRB
(Kawża T-340/20)
(2020/C 247/61)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: José María Galván Fernández-Guillén (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: M. Romero Rey u I. Salama Salama, abogados)
Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-Deċiżjoni (SRB/EES/2020/52) tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni tas-17 ta’ Marzu 2020 li tiddetermina l-għoti potenzjali ta’ kumpens lill-azzjonisti u lill-kredituri ta’ Banco Popular Español, S.A. permezz tal-miżuri ta’ riżoluzzjoni; |
— |
tikkundanna lill-SRB għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dritt fundamentali ta’ proprjetà privata, sa fejn Banco Popular kellu, fil-mument tar-riżoluzzjoni, patrimonju nett pożittiv li ma kienx jiġġustifika li persuni jiġu mċaħħda mit-titoli tagħhom mingħajr ma jiġu kkumpensati. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dritt ta’ proprjetà minħabba l-assenza ta’ kriterji ċari ta’ valorizzazzoni fil-mument tar-riżoluzzjoni ta’ Banco Popular, peress li huma l-kriterji l-ġodda approvati mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/344 (1), li daħal fis-seħħ biss fid-29 ta’ Marzu 2018, jiġifieri tmien xhur wara r-riżoluzzjoni ta’ Banco Popular, li ġew applikati retroattivament. |
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq l-assenza ta’ indipendenza tad-ditta Deloitte sabiex twettaq il-valorizzazzjoni 3, l-unika valorizzazzjoni li hija bbażata fuqha d-deċiżjoni SRB/EES/2020/52 minħabba li din id-ditta kienet wettqet il-valorizzazzjoni 2 provviżorja. |
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-ksur tad-drittijiet tad-difiża sa fejn is-SRB ikompli jqis sensittiva ċerta informazzjoni u jkompli jaħbiha mill-azzjonisti u l-kredituri ta’ Banco Popular, bil-pretest li “l-iżvelar ta’ din l-informazzjoni jista’ jikser id-drittijiet ta’ difiża tal-istabbiliment fil-proċeduri kontenzjużi pendenti”. |
(1) Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/344 tal-14 ta’ Novembru 2017 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kriterji li għandhom x’jaqsmu ma’ metodoloġiji għall-valwazzjoni tad-differenza fit-trattament fir-riżoluzzjoni (ĠU 2018, L 67, p. 3).