This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62020CN0346
Case C-346/20: Request for a preliminary ruling from the Amtsgericht Hamburg (Germany) lodged on 28 July 2020 — UW v Ryanair DAC
Kawża C-346/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hamburg (il-Ġermanja) fit-28 ta’ Lulju 2020 – UW vs Ryanair DAC
Kawża C-346/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hamburg (il-Ġermanja) fit-28 ta’ Lulju 2020 – UW vs Ryanair DAC
ĠU C 320, 28.9.2020, pp. 10–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
28.9.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 320/10 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hamburg (il-Ġermanja) fit-28 ta’ Lulju 2020 – UW vs Ryanair DAC
(Kawża C-346/20)
(2020/C 320/14)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Amtsgericht Hamburg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: UW
Konvenuta: Ryanair DAC
Domanda preliminari
L-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li d-dewmien fit-tul ta’ titjira jista’ jkun “dovut” għal ċirkustanzi eċċezzjonali anki jekk dawn iċ-ċirkustanzi jkunu seħħew matul titjira preċedenti mill-ajruplan skedat il-ġurnata ta’ qabel?
Il-kawża tneħħiet mir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja permezz ta’ digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Awwissu 2020.
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.