Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CA0042

Kawża C-42/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Novembru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supremo Tribunal Administrativo – Il-Portugall) – Sonaecom SGPS SA vs Autoridade Tributária e Aduaneira (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Sitt Direttiva 77/388/KEE – Artikolu 4 – Kunċett ta’ “persuna taxxabbli” – Kumpannija holding imħallta – Artikolu 17 – Dritt għal tnaqqis tal-VAT tal-input – VAT tal-input imħallsa minn kumpannija holding imħallta għal servizzi ta’ konsulenza relatati ma’ studju tas-suq fid-dawl tal-eventwali akkwist ta’ ishma fi ħdan kumpanniji oħra – Rinunzja tal-proġetti ta’ akkwist – VAT tal-input imħallsa fuq kummissjoni bankarja dwar l-organizzazzjoni u l-istrutturazzjoni ta’ self obbligatorju intiż sabiex is-sussidjarji jiġu pprovduti b’mezzi neċessarji sabiex isiru investimenti – Investimenti mhux imwettqa)

ĠU C 19, 18.1.2021, pp. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

18.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Novembru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supremo Tribunal Administrativo – Il-Portugall) – Sonaecom SGPS SA vs Autoridade Tributária e Aduaneira

(Kawża C-42/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Sitt Direttiva 77/388/KEE - Artikolu 4 - Kunċett ta’ “persuna taxxabbli” - Kumpannija holding imħallta - Artikolu 17 - Dritt għal tnaqqis tal-VAT tal-input - VAT tal-input imħallsa minn kumpannija holding imħallta għal servizzi ta’ konsulenza relatati ma’ studju tas-suq fid-dawl tal-eventwali akkwist ta’ ishma fi ħdan kumpanniji oħra - Rinunzja tal-proġetti ta’ akkwist - VAT tal-input imħallsa fuq kummissjoni bankarja dwar l-organizzazzjoni u l-istrutturazzjoni ta’ self obbligatorju intiż sabiex is-sussidjarji jiġu pprovduti b’mezzi neċessarji sabiex isiru investimenti - Investimenti mhux imwettqa)

(2021/C 19/03)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Supremo Tribunal Administrativo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Sonaecom SGPS SA

Konvenut: Autoridade Tributária e Aduaneira

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 4(1) u (2) kif ukoll l-Artikolu 17(1), (2) u (5), tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta’ Mejju 1977 fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima għandhom jiġu interpretati fis-sens li kumpannija holding imħallta li l-intervent tagħha fil-ġestjoni tas-sussidjarji tagħha huwa rikorrenti hija awtorizzata tnaqqas it-taxxa fuq il-valur miżjud tal-input imħallsa fuq l-akkwist ta’ servizzi ta’ konsulenza dwar studju tas-suq imwettaq bil-għan tal-akkwist ta’ ishma f’kumpannija oħra, inkluż meta dan finalment ma jkunx ġie akkwistat.

2)

L-Artikolu 4(1) u (2) kif ukoll l-Artikolu 17(1), (2) u (5) tas-Sitt Direttiva 77/388 għandhom jiġu interpretati fis-sens li kumpannija holding imħallta li l-intervent tagħha fil-ġestjoni tas-sussidjarji tagħha huwa rikorrenti ma hijiex awtorizzata tnaqqas it-taxxa fuq il-valur miżjud tal-input imħallsa fuq il-kummissjoni mħallsa lil stabbiliment ta’ kreditu għall-organizzazzjoni u l-istrutturazzjoni ta’ self obbligatorju li kien intiż li jagħmel investimenti f’settur partikolari, meta dawn finalment ma twettqux u l-kapital miksub permezz ta’ dan is-self tħallas kollu lill-kumpannija omm tal-grupp fil-forma ta’ self.


(1)  ĠU C 139, 15.04.2019.


Top