Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CN0481

Kawża C-481/09: Rikors ippreżentat fis- 27 ta’ Novembru 2009 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ċeka

ĠU C 24, 30.1.2010, pp. 41–42 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/41


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Novembru 2009 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ċeka

(Kawża C-481/09)

2010/C 24/71

Lingwa tal-kawża: Iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Pardo Quintillán, M. Thomannová-Körnerová, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ċeka

Talbiet

tiddikjara li, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji kollha sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2006/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Jannar 2006, dwar l-immaniġġjar tal-kwalità tal-ilma għall-għawm u li tħassar id-Direttiva 76/160/KEE (1), jew, fi kwalunkwe każ, billi naqset milli tikkomunikahom lill-Kummissjoni, ir-Repubblika Ċeka naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 18 ta’ din id-direttiva;

tikkundanna lir-Repubblika Ċeka għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2006/7 fis-sistema legali nazzjonali skada fl-24 ta’ Marzu 2008.


(1)  ĠU L 64, p. 37


Top