Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999D0469

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' Ġunju 1999 dwar il-proċedura għall-attestazzjoni ta' konformità tal-prodotti għall-bini permezz ta' Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fir-rigward ta' konkrit, tikħil u ħalib tat-tikħil. (innotifikata taħt id-dokument numru K(1999) 1480)Test b'relevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 184, 17.7.1999, pp. 27–31 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 02/08/2001

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1999/469/oj

31999D0469



Official Journal L 184 , 17/07/1999 P. 0027 - 0031


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tal-25 ta' Ġunju 1999

dwar il-proċedura għall-attestazzjoni ta' konformità tal-prodotti għall-bini permezz ta' Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fir-rigward ta' konkrit, tikħil u ħalib tat-tikħil.

(innotifikata taħt id-dokument numru K(1999) 1480)

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(1999/469/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li tistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE tal-21 ta' Diċembru ta l-1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi ta l-Istati Membri li jirrigwardaw il-prodotti għall-bini [1], kif emendata bid-Direttiva 93/68/KEE [2], u b'mod partikolari Artikolu 13(4) tagħha,

(1) Billi l-Kummissjoni hija mitluba li tagħżel, bejn iż-żewġ proċeduri permezz ta' Artikolu 13(3) tad-Direttiva 89/106/KEE għall-attestazzjoni ta' konformità ta' prodott, "l-anqas proċedura diffiċli possibbli konsistenti mas-sigurtà"; billi dan ifisser li jeħtieġ li jkun deċiż jekk, għal xi prodott partikolari jew familja ta' prodotti, l-eżistenza ta' sistema ta' kontroll tal-produzzjoni tal-fabbrika taħt ir-responsabbiltà tal-fabbrikant hix kondizzjoni meħtieġa u suffiċjenti għall-attestazzjoni ta' konformità, jew jekk, għal raġunijiet relatati mal-konformità tal-kriterji msemmija f'Artikolu 13(4), l-intervent ta' korp approvat tal-attestazzjoni ikunx meħtieġ;

(2) Billi Artikolu 13(4) jitlob li l-proċedura hekk iddeterminata għandha tkun murija fil-mandati u fil-karatteristiċi tekniċi; billi, għalhekk, tinħass ix-xewqa li jiġi definit il-kunċett ta' prodotti jew familja ta' prodotti kif użat fil-mandati u fil-karatteristiċi tekniċi;

(3) Billi ż-żewġ proċeduri li hemm dispożizzjoni dwarhom f'Artikolu 13(3) huma deskritti fid-dettal f'Anness III tad-Direttiva 89/106/KEE; billi għalhekk jeħtieġ li jiġu speċifikati sewwa l-metodi li bihom iż-żewg proċeduri għandhom jiġu implimentati, b'referenza għal Anness III, għal kull prodott jew familja ta' prodotti, peress li Anness III jagħti preferenza għal ċerti sistemi;

(4) Billi l-proċedura msemmija fil-punt (a) ta' Artikolu 13(3) tikkorrispondi mas-sistemi stabbiliti fl-ewwel possibiltà, mingħajr sorveljanza kontinwa, u t-tieni u tielet possibbiltajiet tal-punt (ii) tas-Sezzjoni 2 ta' Anness III, u l-proċedura riferita fil-punt (b) ta' Artikolu 13(3) tikkorrispondi mas-sistemi stabbiliti fil-punt (i) tas-Sezzjoni 2 ta' Anness III, u fl-ewwel possibiltà, b'sorveljanza kontinwa, tal-punt (ii) tas-Sezzjoni 2 ta' Anness III;

(5) Billi l-miżuri li hemm dispożizzjoni dwarhom f'din id-Deċizjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Bini,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIZJONI:

Artikolu 1

Il-prodotti u l-familji ta' prodotti stabbiliti f'Anness I għandhom ikollhom il-konformità tagħhom attestata bi proċedura li biha l-fabbrikant għandu taħt ir-responsabbiltà unika tiegħu sistema ta' kontroll tal-produzzjoni tal-fabbrika li tassigura li l-prodott huwa konformi mal-karatteristiċi tekniċi relevanti.

Artikolu 2

Il-prodotti stabbiliti f'Anness II għandhom ikollhom il-konformità tagħhom attestata bi proċedura li permezz tagħha, barra mis-sistema tal-kontroll tal-produzzjoni tal-fabbrika operata mill-fabbrikant, korp approvat tal-attestazzjoni ikun involut fil-valutazzjoni u s-sorveljanza tal-kontroll tal-produzzjoni jew tal-prodott inniffsu.

Artikolu 3

Il-proċedura għall-attestazzjoni ta' konformità kif stabbilita f'Anness III għandha tkun indikata fil-mandati għall-istandards armonizzati.

Artikolu 4

Din id-Deċizjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fil-25 ta' Ġunju 1999.

Għall-Kummissjoni

Martin Bangemann

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 40, tal-11.2.1989, p. 12.

[2] ĠU L 220, tat-30.8.1993, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS I

Fibri

Għal użu barra minn dak speċifikat f'Anness II.

Prodotti għall-protezzjoni u t-tiswija tal-konkrit.

Għal użu f'bini bi ħtiġiet ta' rendiment baxx u xogħolijiet ta' l-inġinerija ċivili, li għalihom il-klassi ta' reazzjoni għan-nar, jekk meħtieġa, mhijiex A [1], B [2], Ċ [3].

[1] Il-materjal li r-reazzjoni tiegħu għall-imġieba tan-nar hija suxxettibbli għal tibdil matul il-produzzjoni (b’mod ġenerali, dawk soġġetti għal tibdil kimiku, eż dewwiema tan-nirien, jew meta it-tibdil fil-komposizzjoni jista jwassal għal tibdil fir-reazzjoni għall-imġieba tan-nar).

[2] Il-materjal li r-reazzjoni tiegħu għall-imġieba tan-nar hija suxxettibbli għal tibdil matul il-produzzjoni (b’mod ġenerali, dawk soġġetti għal tibdil kimiku, eż dewwiema tan-nirien, jew meta it-tibdil fil-komposizzjoni jista jwassal għal tibdil fir-reazzjoni għall-imġieba tan-nar).

[3] Il-materjal li r-reazzjoni tiegħu għall-imġieba tan-nar hija suxxettibbli għal tibdil matul il-produzzjoni (b’mod ġenerali, dawk soġġetti għal tibdil kimiku, eż dewwiema tan-nirien, jew meta it-tibdil fil-komposizzjoni jista jwassal għal tibdil fir-reazzjoni għall-imġieba tan-nar).

--------------------------------------------------

ANNESS II

Fibri

Għal użu strutturali fil-konkrit, tikħil u ħalib tat-tikħil

Prodotti għal protezzjoni u t-tiswija tal-konkrit.

Għal użu f'bini u xogħlijiet ta' l-inġinerija ċivili apparti minn dawk speċifikati f'Anness I.

Taħlit:

Żidiet (Tip I)

Żidiet (Tip II)

Għal użu fil-konkrit, tikħil u ħalib tat-tikħil

--------------------------------------------------

ANNESS III

Nota:

għal prodotti li għandhom aktar minn użu intiż wieħed speċifikat fil-familji li ġejjin, id-doveri għall-korp approvat, li joriġinaw mis-sistemi relevanti tal-attestazzjoni ta' konformità, huma kumulattivi.

FAMILJA TA' PRODOTTI:

PRODOTTI RRELATATI MAL-KONKRIT, TIKĦIL U ĦALIB TAT-TIKĦIL (1/2)

Sistemi tal-attestazzjoni ta' konformità

Għall-prodott(i) u l-użu(i) intiż(i) elenkati hawn taħt, CEN/Cenelec huma mitluba li jispeċifikaw is-sistema(i) li ġejjin tal-attestazzjoni ta' konformità fl-istandard(s) armonizzat(i) relevanti:

Sistema 1+ : Ara d-Direttiva 89/106/KEE, Anness III(2)(i) bl-ittestjar permezz ta' l-awditjar tal-kampjuni.

Sistema 1 : Ara d-Direttiva 89/106/KEE, Anness III(2)(i) mingħajr l-ittestjar permezz ta' l-awditjar tal-kampjuni.

Sistema 2+ : Ara d-Direttiva 89/106/KEE, Anness III(2)(ii), l-ewwel possibiltà, inkluża l-attestazzjoni tal-kontroll tal-produzzjoni tal-fabbrika minn korp approvat fuq il-bażi ta' l-ispezzjoni iniżjali tal-fabbrika u tal-kontroll tal-produzzjoni tal-fabbrika kif ukoll tas-sorveljanza, tal-valutazzjoni u ta' l-approvazzjoni kontinwa tal-kontroll tal-produzzjoni tal-fabbrika.

Sistema 3 : Ara d-Direttiva 89/106/KEE, Anness III(2)(i), it-tieni possibiltà.

Sistema 4+ : Ara d-Direttiva 89/106/KEE, Anness III(2)(i), it-tielet possibiltà.

Prodott | Użu intiż | Livell(i)/jew klassi/jiet | Attestazzjoni tas-sistema ta' konformità |

Taħlit | Għal konkrit, tikħil u ħalib tat-tikħil | --- | 2+ |

Żidiet (Tip I) | Għal konkrit, tikħil u ħalib tat-tikħil | --- | 2+ |

Żidiet (Tip II) | Għal konkrit, tikħil u ħalib tat-tikħil | --- | 1+ |

Fibri | Għal użu strutturali fil-konkrit, tikħil u ħalib tat-tikħil- | --- | 1 |

għal użu ieħor fil-konkrit, tikħil u ħalib tat-tikħil | ---- | 3 |

Prodotti għal protezzjoni u tiswija tal-konkrit | Ġħall-użu ta' ħtiġiet ta' mġieba baxxa u xogħlijiet fil-bini u fl-inġinerija ċivili | --- | 4 |

għal użu ieħor f'bini u xogħolijiet ta' l-inġinerija ċivili | --- | 2+ |

L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun b'tali mod li tista’ titwettaq ukoll meta r-rendiment m'għandux bżonn li jkun stabbilit għal xi karatteristika partikolari, għaliex ta' l-anqas Stat Membru wieħed m'għandu l-ebda ħtieġa legali għal karatteristika bħal din (ara Artikolu 2(1) tad-Direttiva 89/106/KEE u, meta applikabbli, il-punt 1,2,3 tad-Dokumenti Interpretattivi). F'dawn il-każi il-verifika tal-karatteristika bħal din m'għandhiex tiġi mposta fuq il-fabbrikant jekk dan ma jkunx jixtieq jiddikjara l-imġieba tal-prodott f'dan ir-rigward.

FAMILJA TA' PRODOTTI:

PRODOTTI MARBUTA MA' KONKRIT, TIKĦIL U ĦALIB TAT-TIKĦIL (2/2)

Sistemi tal-attestazzjoni ta' konformità

Għall-prodott(i) u l-użu(i) intiż(i) elenkati hawn taħt, CEN/Cenelec huma mitluba li jispeċifikaw is-sistema(i) li ġejjin tal-attestazzjoni ta' konformità fl-istandard(s) armonizzat(i) relevanti:

Sistema 1 : Ara d-Direttiva 89/106/KEE, Anness III 2 (i) mingħajr l-ittestjar permezz ta' l-awditjar tal-kampjuni.

Sistema 3 : Ara d-Direttiva 89/106/KEE, Anness III 2 (ii), it-tieni possibiltà.

Sistema 4 : Ara d-Direttiva 89/106/KEE, Anness III 2 (ii), it-tielet possibiltà.

Prodott | Użu intiż | Livell(i) jew klassi/jiet | Attestazzjoni tas-sistema ta' konformità |

Prodotti għal protezzjoni u tiswija tal-konkrit | għal użu soġġett għar-regolamenti tar-reazzjoni tan-nar. | A, B, Ċ | 1 |

A, B, Ċ | 3 |

A, D, E, F | 4 |

L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun b'tali mod li tista’ titwettaq ukoll meta r-rendiment m'għandux bżonn li jkun stabbilit għal xi karatteristika partikolari, għaliex ta' l-anqas Stat Membru wieħed m'għandu l-ebda ħtieġa legali għal karatteristika bħal din (ara Artikolu 2(1) tad-Direttiva 89/106/KEE u, meta applikabbli, il-klawsola 1,2,3 tad-Dokumenti Interpretattivi). F'dawn il-każi il-verifika ta' karatteristika bħal din m'għandiex tkun mposta fuq il-fabbrikant jekk dan ma jkunx jixtieq jiddikjara l-imġieba tal-prodott f'dan ir-rigward.

--------------------------------------------------

Top