Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CA0210

Kawża C-210/11 u C-211/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat- 18 ta’ Lulju 2013 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation — il-Belġju) — l-Istat Belġjan vs Medicom SPRL (C-210/11), Maison Patrice Alard SPRL (C-211/11) (Talba għal deċiżjoni preliminari — Sitt Direttiva tal-VAT — Punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) u Artikolu 13B(b) — Dritt għal tnaqqis — Investimenti li jappartjenu lil persuni ġuridiċi u mqiegħda parzjalment għad-dispożizzjoni tad-diretturi tagħhom għall-bżonnijiet privati ta’ dawn tal-aħħar — Assenza ta’ kera mħallsa fi flus, imma kkunsidrata li tikkostitwixxi benefiċċju in natura fir-rigward tat-taxxa fuq id-dħul)

ĠU C 260, 7.9.2013, pp. 4–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 260/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-18 ta’ Lulju 2013 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation — il-Belġju) — l-Istat Belġjan vs Medicom SPRL (C-210/11), Maison Patrice Alard SPRL (C-211/11)

(Kawża C-210/11 u C-211/11) (1)

(Talba għal deċiżjoni preliminari - Sitt Direttiva tal-VAT - Punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) u Artikolu 13B(b) - Dritt għal tnaqqis - Investimenti li jappartjenu lil persuni ġuridiċi u mqiegħda parzjalment għad-dispożizzjoni tad-diretturi tagħhom għall-bżonnijiet privati ta’ dawn tal-aħħar - Assenza ta’ kera mħallsa fi flus, imma kkunsidrata li tikkostitwixxi benefiċċju in natura fir-rigward tat-taxxa fuq id-dħul)

2013/C 260/06

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: L-Istat Belġjan

Konvenuti: Medicom SPRL (C-210/11), Maison Patrice Alard SPRL (C-211/11)

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Cour de cassation (il-Belġju) — Interpretazzjoni tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) u tal-Artikolu 13B(b) tas-Sitt Direttiva tal Kunsill Nru 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) — Eżenzjoni mill-VAT — Kunċett ta’ provvista ta’ servizzi relatati ma’ proprjetà immobbli — Użu, għall-bżonnijiet privati tad-diretturi u tal-familja tagħhom, ta’ parti minn immobbli ttrasferit lill-impriża, fin-nuqqas ta’ kera mħallsa bi flus, imma li jikkostitwixxi benefiċċju in natura — Esklużjoni tad-dritt għal tnaqqis

Dispożittiv

(1)

Il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) u l-Artikolu 13B(b) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 95/7/KE, tal-10 ta’ April 1995, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li t-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ parti ta’ proprjetà immobbli, li tappartjeni lil persuna ġuridika, għall-bżonnijiet privati tad-direttur ta’ din tal-aħħar, mingħajr ma jkun previst fir-rigward tal-benefiċjarji, bħala korrispettiv għall-użu ta’ din il-proprjetà immobbli, il-ħlas bi flus ta’ kera, jikkostitwixxi kera ta’ proprjetà immobbli eżentata fis-sens ta’ din id-direttiva u l-fatt li tali tqegħid għad-dispożizzjoni jitqies, fir-rigward tal-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar it-taxxa fuq id-dħul, bħala vantaġġ in natura li tirriżulta mill-implementazzjoni mill-benefiċjarji tagħha tal-funzjoni statutorja tagħhom jew tal-kuntratt ta’ impjieg tagħhom ma jistax ikollu effett f’dan ir-rigward.

(2)

Il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) u l-Artikolu 13B(b) tas-Sitt Direttiva 77/388, kif emendata bid-Direttiva 95/7, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, f’sitwazzjonijiet bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, iċ-ċirkustanza li t-tqegħid tal-proprjetà immobbli kollha jew parti minnha, li hija kompletament assenjata lill-impriża, għad-dispożizzjoni tad-diretturi, tal-amministraturi jew tal-imsieħba tagħha għandha jew ma għandhiex rabta diretta mal-użu tal-impriża hija irrelevanti sabiex jiġi ddeterminat jekk dan it-tqegħid għad-dispożizzjoni jaqax taħt l-eżenzjoni prevista fit-tieni waħda minn dawn id-dispożizzjonijiet.


(1)  ĠU C 211, 16.07.2011


Top