This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011TA0108
Case T-108/11 P: Judgment of the General Court of 4 December 2013 — ETF v Michel (Appeal — Civil service — Temporary staff — Contract for an indefinite period — Decision terminating the contract — Jurisdiction of the Civil Service Tribunal — Articles 2 and 47 of the CEOS — Duty of care — Concept of interest of the service — Prohibition on ruling ultra petita — Rights of the defence)
Kawża T-108/11 P: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 4 ta’ Diċembru 2013 — ETF vs Michel ( “Appell — Servizz pubbliku — Membri tal-persunal temporanju — Kuntratt għal żmien indeterminat — Deċiżjoni ta’ rexissjoni — Ġurisdizzjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku — Artikoli 2 u 47 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg — Dmir ta’ premura — Kunċett ta’ interess tas-servizz — Projbizzjoni li tiddeċiedi ultra petita — Drittijiet tad-difiża” )
Kawża T-108/11 P: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 4 ta’ Diċembru 2013 — ETF vs Michel ( “Appell — Servizz pubbliku — Membri tal-persunal temporanju — Kuntratt għal żmien indeterminat — Deċiżjoni ta’ rexissjoni — Ġurisdizzjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku — Artikoli 2 u 47 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg — Dmir ta’ premura — Kunċett ta’ interess tas-servizz — Projbizzjoni li tiddeċiedi ultra petita — Drittijiet tad-difiża” )
ĠU C 24, 25.1.2014, pp. 19–19
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
25.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 24/19 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Diċembru 2013 — ETF vs Michel
(Kawża T-108/11 P) (1)
(Appell - Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Kuntratt għal żmien indeterminat - Deċiżjoni ta’ rexissjoni - Ġurisdizzjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku - Artikoli 2 u 47 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg - Dmir ta’ premura - Kunċett ta’ interess tas-servizz - Projbizzjoni li tiddeċiedi ultra petita - Drittijiet tad-difiża)
2014/C 24/32
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (ETF) (rappreżentant: L. Levi, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Gustave Michel aventi kawża ta’ Monique Vandeuren (rappreżentant: N. Lhoëst, avukat)
Partijiet intervenjenti insostenn tal-appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti); Iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-korpi tal-Unjoni Ewropea (CdT) (rappreżentanti: J. Rikkert u M. Garnier, aġenti); L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) (rappreżentant: M. Heikkilä, aġent); L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) (rappreżentanti: inizjalment V. Salvatore, sussegwentement T. Jabłoński, aġenti); L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) (rappreżentant: O. Cornu, aġent); L-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Avjazzjoni (EASA) (rappreżentant: P. Goudou, aġent); u L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) (rappreżentant: D. Detken, aġent)
Suġġett
Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla), tad-9 ta’ Diċembru 2010, Vandeuren vs ETF (F-88/08, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullment ta’ dik is-sentenza.
Dispożittiv
(1) |
Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla), tad-9 ta’ Diċembru 2010, Vandeuren vs ETF (F-88/08), hija annullata sa fejn din annullat id-deċiżjoni tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (ETF), tat-23 ta’ Ottubru 2007, li tirrexindi l-kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju għal żmien indeterminat ta’ Monique Vandeuren u ċaħdet, konsegwentement, it-talba tagħha għall-kumpens tad-dannu materjali subit bħala prematura. |
(2) |
Il-kumplament tal-appell huwa miċħud. |
(3) |
Il-kawża hija mibgħuta lura lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku. |
(4) |
L-ispejjeż huma rriżervati. |