Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CA0099

Kawża C-99/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat- 18 ta’ Lulju 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de première instance de Bruxelles — il-Belġju) — Eurofit SA vs Bureau d’intervention et de restitution belge (BIRB) (Talba għal deċiżjoni preliminari — Agrikoltura — Organizzazzjoni komuni tas-swieq — Regolament (KEE) Nru 3665/87 — Ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni — Użu ħażin tal-merkanzija intiża għall-esportazzjoni — Obbligu ta’ rimbors mill-esportatur — Assenza ta’ komunikazzjoni, mill-awtoritajiet kompetenti, tal-informazzjoni rigward l-affidabbiltà tal-kokontraenti, issuspettat bi frodi — Każ ta’ forza maġġuri — Assenza)

ĠU C 260, 7.9.2013, pp. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 260, 7.9.2013, pp. 11–12 (HR)

7.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 260/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-18 ta’ Lulju 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de première instance de Bruxelles — il-Belġju) — Eurofit SA vs Bureau d’intervention et de restitution belge (BIRB)

(Kawża C-99/12) (1)

(Talba għal deċiżjoni preliminari - Agrikoltura - Organizzazzjoni komuni tas-swieq - Regolament (KEE) Nru 3665/87 - Ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni - Użu ħażin tal-merkanzija intiża għall-esportazzjoni - Obbligu ta’ rimbors mill-esportatur - Assenza ta’ komunikazzjoni, mill-awtoritajiet kompetenti, tal-informazzjoni rigward l-affidabbiltà tal-kokontraenti, issuspettat bi frodi - Każ ta’ forza maġġuri - Assenza)

2013/C 260/20

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de première instance de Bruxelles

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Eurofit SA

Konvenut: Bureau d’intervention et de restitution belge (BIRB)

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal de première instance de Bruxelles — Interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3665/87, tas-27 ta’ Novembru 1987, li jistabbilixxi regoli ddettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni għall-prodotti agrikoli (ĠU L 351, p. 1) — Obbligu ta’ rimbors, min-naħa tal-esportatur, ta’ ħlasijiet lura mħallsa fil-każ ta’ użu ħażin tal-prodotti — Assenza ta’ komunikazzjoni, mill-awtoritajiet kompetenti, tal-informazzjoni mitluba jew komunikazzjoni ta’ informazzjoni żbaljata lill-esportatur, li jikkostitwixxu każ ta’ forza maġġuri fis-sens tar-regolament imsemmi

Dispożittiv

L-ommissjoni mill-awtoritajiet doganali kompetenti li jinfurmaw lill-esportatur dwar l-eżistenza ta’ riskju ta’ frodi mwettaq mill-parti kontraenti ta’ dan tal-aħħar ma tikkostitwixxix każ ta’ forza maġġuri fis-sens tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3665/87, tas-27 ta’ Novembru 1987, li jistabbilixxi regoli ddettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni għall-prodotti agrikoli, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2945/94 tat-2 ta’ Diċembru 1994, u, b’mod partikolari, tal-ewwel inċiż tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 11(1) ta’ dan ir-regolament. Fil-każ li tali ommissjoni tkun tista’ tikkostitwixxi każ eċċezzjonali fis-sens tat-tieni inċiż tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament Nru 3665/87, hekk kif emendat bir-Regolament Nru 2945/94, hija ma tistax madankollu teżenta lil dan l-esportatur mill-obbligu tiegħu li jirrimborsa l-ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni mħallsa indebitament, peress li dan tal-aħħar huwa eżentat biss mill-pagament tal-penalitajiet dovuti bis-saħħa ta’ dan l-istess Artikolu 11.


(1)  ĠU C 138, 12.05.2012.


Top