Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CA0458

Kawża C-458/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-6 ta’ Marzu 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Trento – L-Italja) – Lorenzo Amatori et vs Telecom Italia SpA, Telecom Italia Information Technology Srl (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika soċjali — Trasferiment ta’ impriżi — Żamma tad-drittijiet tal-ħaddiema — Direttiva 2001/23/KE — Trasferiment tar-relazzjonijiet ta’ xogħol fil-każ ta’ trasferiment legali ta’ parti minn stabbiliment li ma jistax jiġi identifikat bħala entità ekonomika awtonoma preeżistenti)

ĠU C 129, 28.4.2014, pp. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

28.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 129/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-6 ta’ Marzu 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Trento – L-Italja) – Lorenzo Amatori et vs Telecom Italia SpA, Telecom Italia Information Technology Srl

(Kawża C-458/12) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Trasferiment ta’ impriżi - Żamma tad-drittijiet tal-ħaddiema - Direttiva 2001/23/KE - Trasferiment tar-relazzjonijiet ta’ xogħol fil-każ ta’ trasferiment legali ta’ parti minn stabbiliment li ma jistax jiġi identifikat bħala entità ekonomika awtonoma preeżistenti))

(2014/C 129/04)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Trento

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Lorenzo Amatori, Adrian Gottardi

Konvenuti: Telecom Italia SpA, Telecom Italia Information Technology Srl

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari – Tribunale di Trento – Interpretazzjoni tal-Artikolu 1(1)(a) u (b) u tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE, tat-12 ta’ Marzu 2001, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 98) – Trasferiment legali lil impriża oħra ta’ parti minn stabbiliment li ma jistax jiġi identifikat bħala entità ekonomika u awtonoma preeżistenti u li fuqha l-impriża li tittrasferixxi teżerċita, wara t-trasferiment, kontroll dominanti permezz ta’ relazzjonijiet kummerċjali u ta’ tqassim tar-riskju kummerċjali – Leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tissuġġettax is-suċċessjoni tar-relazzjonijiet ta’ xogħol għall-kunsens tal-ħaddiema tal-parti tal-impriża ttrasferita

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 1(1)(a) u (b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE, tat-12 ta’ Marzu 2001, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, matul trasferiment ta’ parti minn impriża, tippermetti s-suċċessjoni tar-relazzjonijiet ta’ xogħol miċ-ċessjonarju lill-persuna li tittrasferixxi fl-ipoteżi li din il-parti minn impriża ma tikkostitwixxix entità ekonomika funzjonalment awtonoma li teżisti qabel it-trasferiment tagħha.

2)

L-Artikolu 1(1)(a) u (b) tad-Direttiva 2001/23 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tippermetti s-suċċessjoni tar-relazzjonijiet ta’ xogħol miċ-ċessjonarju lill-persuna li tittrasferixxi fl-ipoteżi li, wara t-trasferiment ta’ parti mill-impriża kkunsidrata, din il-persuna li tittrasferixxi teżerċita, fil-konfront ta’ dan iċ-ċessjonarju, setgħa importanti ta’ supremazija.


(1)   ĠU C 389, 15.12.2012.


Top