This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013CA0268
Case C-268/13: Judgment of the Court (Third Chamber) of 9 October 2014 (request for a preliminary ruling from the Tribunalul Sibiu — Romania) — Elena Petru v Casa Județeană de Asigurări de Sănătate Sibiu, Casa Națională de Asigurări de Sănătate (Reference for a preliminary ruling — Social security — Regulation (EEC) No 1408/71 — Article 22(2), second subparagraph — Health insurance — Hospital treatment provided in another Member State — Prior authorisation refused — Lack of medication and basic medical supplies and infrastructure)
Kawża C-268/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad- 9 ta’ Ottubru 22014 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Sibiu – ir-Rumanija) – Elena Petru vs Casa Judeţeană de Asigurări de Sănătate Sibiu, Casa Naţională de Asigurări de Sănătate (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Sigurtà soċjali — Regolament (KEE) Nru 1408/71 — It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 22(2) — Assigurazzjoni għall-mard — Kura fl-isptar mogħtija fi Stat Membru ieħor — Rifjut ta’ awtorizzazzjoni minn qabel — Nuqqas ta’ mediċini u ta’ riżorsi mediċi bażiċi)
Kawża C-268/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad- 9 ta’ Ottubru 22014 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Sibiu – ir-Rumanija) – Elena Petru vs Casa Judeţeană de Asigurări de Sănătate Sibiu, Casa Naţională de Asigurări de Sănătate (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Sigurtà soċjali — Regolament (KEE) Nru 1408/71 — It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 22(2) — Assigurazzjoni għall-mard — Kura fl-isptar mogħtija fi Stat Membru ieħor — Rifjut ta’ awtorizzazzjoni minn qabel — Nuqqas ta’ mediċini u ta’ riżorsi mediċi bażiċi)
ĠU C 439, 8.12.2014, pp. 5–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
8.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 439/5 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-9 ta’ Ottubru 22014 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Sibiu – ir-Rumanija) – Elena Petru vs Casa Judeţeană de Asigurări de Sănătate Sibiu, Casa Naţională de Asigurări de Sănătate
(Kawża C-268/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sigurtà soċjali - Regolament (KEE) Nru 1408/71 - It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 22(2) - Assigurazzjoni għall-mard - Kura fl-isptar mogħtija fi Stat Membru ieħor - Rifjut ta’ awtorizzazzjoni minn qabel - Nuqqas ta’ mediċini u ta’ riżorsi mediċi bażiċi))
(2014/C 439/07)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Tribunalul Sibiu
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Elena Petru
Konvenuta: Casa Judeţeană de Asigurări de Sănătate Sibiu, Casa Naţională de Asigurări de Sănătate
Dispożittiv
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 22(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità, fil-verżjoni emendata u aġġornata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97, tat-2 ta’ Diċembru 1996, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 592/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Ġunju 2008, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-awtorizzazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 22(1)(ċ)(i) tal-istess regolament ma tistax tiġi rrifjutata meta jkun minħabba nuqqas ta’ mediċini u ta’ riżorsi mediċi bażiċi li l-kura fl-isptar inkwistjoni ma tistax tingħata fi żmien xieraq fl-Istat Membru ta’ residenza tal-persuna assigurata. Din l-impossibbiltà għandha tiġi evalwata b’referenza għall-istabbilimenti ta’ sptar kollha f’dan l-Istat Membru li jistgħu jipprovdu l-imsemmija kura u b’referenza għall-perijodu li fih din tal-aħħar tista’ tinkiseb fi żmien xieraq.