This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013CA0554
Case C-554/13: Judgment of the Court (Third Chamber) of 11 June 2015 (request for a preliminary ruling from the Raad van State — the Netherlands) — Z. Zh. v Staatssecretaris voor Veiligheid en Justitie, Staatssecretaris voor Veiligheid en Justitie v I. O. (Reference for a preliminary ruling — Area of freedom, security and justice — Directive 2008/115/EC — Return of illegally staying third-country nationals — Article 7(4) — Concept of ‘risk to public policy’ — Circumstances in which Member States may refrain from granting a period for voluntary departure, or may grant a period shorter than seven days)
Kawża C-554/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ Ġunju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State – Il-Pajjiżi l-Baxxi – Z. Zh. vs Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie, Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie vs I. O. (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja — Direttiva 2008/115/KE — Ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz li jissoġġornaw illegalment — Artikolu 7(4) — Kunċett ta’ “riskju għall-ordni pubbliku” — Ċirkustanzi li fihom l-Istati Membri jistgħu jżommu milli jagħtu terminu ta’ tluq volontarju jew jagħtu terminu inqas minn sebat ijiem)

ĠU C 270, 17.8.2015, pp. 3–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Kawża C-554/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ Ġunju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State – Il-Pajjiżi l-Baxxi – Z. Zh. vs Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie, Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie vs I. O. (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja — Direttiva 2008/115/KE — Ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz li jissoġġornaw illegalment — Artikolu 7(4) — Kunċett ta’ “riskju għall-ordni pubbliku” — Ċirkustanzi li fihom l-Istati Membri jistgħu jżommu milli jagħtu terminu ta’ tluq volontarju jew jagħtu terminu inqas minn sebat ijiem)
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ Ġunju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State – Il-Pajjiżi l-Baxxi – Z. Zh. vs Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie, Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie vs I. O.
(Kawża C-554/13) ( 1 )
“(Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja — Direttiva 2008/115/KE — Ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz li jissoġġornaw illegalment — Artikolu 7(4) — Kunċett ta’ “riskju għall-ordni pubbliku” — Ċirkustanzi li fihom l-Istati Membri jistgħu jżommu milli jagħtu terminu ta’ tluq volontarju jew jagħtu terminu inqas minn sebat ijiem)”
2015/C 270/03Lingwa tal-kawża: l-OlandiżQorti tar-rinviju
Raad van State
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Z. Zh., Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie
Konvenut: Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie, I. O.
Dispożittiv
1) |
L-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi prattika nazzjonali li permezz tagħha ċittadin ta’ pajjiż terz, li jissoġġorna illegalment fit-territorju ta’ Stat Membru, għandu jitqies li jikkostitwixxi riskju għall-ordni pubbliku fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, għall-motiv biss li dan iċ-ċittadin ikun issuspettat li wettaq att punibbli kklassifikat bħala reat fid-dritt nazzjonali jew kien suġġett għal sentenza kriminali għal tali att. |
2) |
L-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2008/115 għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li jissoġġorna illegalment fit-territorju ta’ Stat Membru li huwa ssuspettat li wettaq att punibbli kklassifikat bħala reat fid-dritt kriminali jew kien suġġett għal sentenza kriminali għal tali att, elementi oħra, bħan-natura u l-gravità ta’ dan l-att, iż-żmien li jkun għadda mit-twettiq tiegħu, kif ukoll iċ-ċirkustanza li dan iċ-ċittadin kien qed jitlaq mit-territorju ta’ dan l-Istat Membru meta kien arrestat mill-awtoritajiet nazzjonali, jistgħu jkunu rilevanti fil-kuntest tal-evalwazzjoni ta’ jekk l-imsemmi ċittadin jikkostitwixxix riskju għall-ordni pubbliku fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni. Fil-kuntest ta’ din l-evalwazzjoni, huwa wkoll rilevanti, jekk ikun il-każ, kull element li jirrigwarda l-affidabbiltà tas-suspett tar-reat li bih ġie kkritikat iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat. |
3) |
L-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2008/115 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-użu mill-opportunità, offruta minn din id-dispożizzjoni, li jinżamm milli jingħata terminu ta’ tluq volontarju meta ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jikkostitwixxi riskju għall-ordni pubbliku ma jeħtieġx eżami mill-ġdid tal-elementi li diġà ġew eżaminati sabiex tiġi kkonstatata l-eżistenza ta’ dan ir-riskju. Kwalunkwe leġiżlazzjoni jew prattika ta’ Stat Membru fil-qasam għandha madankollu tiggarantixxi li jiġi vverifikat każ b’każ jekk l-assenza ta’ terminu ta’ tluq volontarju jkunx kompatibbli mad-drittijiet fundamentali ta’ dan iċ-ċittadin. |
( 1 ) ĠU C 9, 11.01.2014.