This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013CN0650
Case C-650/13: Request for a preliminary ruling from the Tribunal d’instance de Bordeaux (France) lodged on 9 December 2013 — Thierry Delvigne v Commune de Lesparre Médoc and Préfet de la Gironde
Kawża C-650/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal d’instance et de proximité de Bordeaux (Franza) fid-9 ta’ Diċembru 2013 – Thierry Delcigne vs Commune de Lesparre Médoc, Préfet de la Gironde
Kawża C-650/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal d’instance et de proximité de Bordeaux (Franza) fid-9 ta’ Diċembru 2013 – Thierry Delcigne vs Commune de Lesparre Médoc, Préfet de la Gironde
ĠU C 129, 28.4.2014, pp. 7–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
28.4.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 129/7 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal d’instance et de proximité de Bordeaux (Franza) fid-9 ta’ Diċembru 2013 – Thierry Delcigne vs Commune de Lesparre Médoc, Préfet de la Gironde
(Kawża C-650/13)
(2014/C 129/08)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal d’instance et de proximité de Bordeaux
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Thierry Delcigne
Konvenut: Commune de Lesparre Médoc, Préfet de la Gironde
Domandi preliminari
1) |
L-Artikolu 49 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat bħala li jipprekludi li artikolu tal-liġi nazzjonali jżomm fis-seħħ projbizzjoni, li barra minn hekk hija indefinita u sproporzjonata, li persuni kkundannati qabel id-dħul fis-seħħ tal-liġi kriminali inqas ħarxa Nru 94-89 tal-1 ta’ Frar 1994 jibbenefikaw minn piena inqas severa? |
2) |
L-Artikolu 39 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea applikabbli għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew għandu jiġi interpretat bħala li jimponi fuq l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea l-obbligu li ma jipprevedux projbizzjoni ġenerali, indefinita u awtomatika mill-eżerċizzju tad-drittijiet ċivili u politiċi, bil-għan li ma tinħoloqx inugwaljanza fit-trattament bejn iċ-ċittadini tal-Istati Membri? |