Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TN0341

Kawża T-341/13: Rikors ippreżentat fis- 27 ta’ Ġunju 2013 — Groupe Léa Nature vs UASI — Debonaire Trading (SO'BiO ētic)

ĠU C 260, 7.9.2013, pp. 42–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 260, 7.9.2013, pp. 33–33 (HR)

7.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 260/42


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ġunju 2013 — Groupe Léa Nature vs UASI — Debonaire Trading (SO'BiO ētic)

(Kawża T-341/13)

2013/C 260/76

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Groupe Léa Nature (Périgny, Franza) (rappreżentant: S. Arnaud, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Debonaire Trading Internacional, Lda (Funchal, il-Portugall)

Talbiet tar-rikorrent

tiddikjara r-rikors ammissibbli

tannulla d-Deċiżjoni R 203/2011-1 tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tas-26 ta’ Marzu 2013, innotifikata fit-18 ta’ April 2013;

tikkundanna lil DEBONAIRE TRADING INTERNACIONAL LDA u lill-UASI sabiex kull wieħed minnhom ibati l-ispejjeż tiegħu sostnuti matul il-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrent

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “SO'BiO ētic”, għal prodotti fil-klassijiet 3, 24 u 25 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 6 827 281

Proprjetarja tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjonijiet ta’ trade mark Komunitarja u reġistrazzjonijiet ta’ trade mark tar-Renju Unit tat-trade mark verbali “SO..?”et al., għal prodotti fil-klassijiet 3 u 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: id-deċiżjoni kkontestata annullata u l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja fir-rigward tal-prodotti fil-klassijiet 3 u 25 li għalihom saret l-applikazzjoni miċħuda

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.


Top