This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013TN0393
Case T-393/13: Action brought on 1 August 2013 — SolarWorld and Solsonica v Commission
Kawża T-393/13: Rikors ippreżentat fl- 1 ta’ Awwissu 2013 — SolarWorld u Solsonica vs Il-Kummissjoni
Kawża T-393/13: Rikors ippreżentat fl- 1 ta’ Awwissu 2013 — SolarWorld u Solsonica vs Il-Kummissjoni
ĠU C 274, 21.9.2013, pp. 21–22
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 274, 21.9.2013, pp. 16–16
(HR)
21.9.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 274/21 |
Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Awwissu 2013 — SolarWorld u Solsonica vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-393/13)
2013/C 274/36
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: SolarWorld AG (Bonn, il-Ġermanja) u Solsonica SpA (Cittaducale, l-Italja) (rappreżentanti: L. Ruessmann, avukat, u J. Beck, Solicitor)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat; |
— |
tannulla l-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 513/2013 (1) safejn dan jittardja, sas-6 ta’ Awwissu 2013, l-applikazzjoni tad-dazju anti-dumping provviżorju sħiħ fuq l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin, ċelloli u wejfers li joriġinaw jew li huma kkonsenjati miċ-Ċina; |
— |
tordna lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri japplikaw, sa mis-6 ta’ Ġunju 2013, ir-rati tad-dazju anti-dumping kif stabbiliti mill-Artikolu 1(2)(ii) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 513/2013; |
— |
tordna lill-Kummissjoni tikkumpensa lir-rikorrenti għad-danni minħabba n-nuqqas ta’ applikazzjoni, sa mis-6 ta’ Ġunju 2013, tar-rati tad-dazju anti-dumping kif stabbiliti mill-Artikolu 1(2)(ii) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 513/2013; u |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-proċeduri. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti jinvokaw erba motivi.
(1) |
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-adozzjoni tal-Artikolu 1(2)(i) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 513/2013 tmur kontra l-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (2). |
(2) |
It-tieni motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-fatti meta tat bidu għal perijodu ta’ introduzzjoni tal-miżuri ta’ anti-dumping provviżorju permezz tal-Artikolu 1(2)(i) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 513/2013. |
(3) |
It-tielet motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni kisret b’mod gravi u manifest l-obbligi tagħha ta’ diliġenza u ta’ amministrazzjoni tajba billi adottat l-Artikolu 1(2)(i) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 513/2013. |
(4) |
Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni aġixxiet illegalment meta adottat l-Artikolu 1(2)(i) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 513/2013 u b’hekk irrekat dannu lir-rikorrenti li hija reponsabbli għalihom l-UE skont l-Artikolu 340(2) TFUE. |
(1) Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 513/2013, tal-4 ta’ Ġunju 2013, li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli u l-wejfers) li joriġinaw jew li jiġu kkonsenjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 182/2013 li jagħmel dawn l-importazzjonijiet li joriġinaw fi jew li huma kkonsenjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina soġġetti għar-reġistrazzjoni (ĠU L 152, p. 5)
(2) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 343, p. 51)