Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014FN0056

Kawża F-56/14: Rikors ippreżentat fit- 18 ta’ Ġunju 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni

ĠU C 253, 4.8.2014, pp. 70–71 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 253/70


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Ġunju 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-56/14)

2014/C 253/99

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: M. Casado García-Hirschfeld, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Annullament ta’ żewġ proposti ta’ kalkolu dwar it-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrent fl-iskema ta’ pensjoni tal-Unjoni li japplikaw id-DĠI l-ġodda dwar l-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjonijiet tal-20 ta’ Settembru 2013, li jirrigwardaw żewġ proposti ta’ kalkolu ta’ snin ta’ servizz li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni fl-Iskema tal-Pensjoni tal-Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea li jikkonċernaw it-talba Nru 1 A112-BE-ONP u t-talba Nru. 2 BE-CPIE-1 (ir-referenza ta’ qabel) ikkonfermati permezz tad-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-Awtorità tal-Ħatra kkomunikata fl-20 ta’ Marzu 2014;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


Top