Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TA0104

Kawża T-104/14 P: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ottubru 2015 – Il-Kummissjoni vs Verile u Gjergji (“Appell — Appell inċidentali — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Pensjonijiet — Trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni nazzjonali — Proposti ta’ akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz — Att li ma jikkawżax preġudizzju — Inammissibbiltà tar-rikors fl-ewwel istanza — Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal — Ċertezza legali — Aspettattivi leġittimi — Ugwaljanza fit-trattament”)

ĠU C 398, 30.11.2015, pp. 44–44 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 398/44


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ottubru 2015 – Il-Kummissjoni vs Verile u Gjergji

(Kawża T-104/14 P) (1)

((“Appell - Appell inċidentali - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Pensjonijiet - Trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni nazzjonali - Proposti ta’ akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz - Att li ma jikkawżax preġudizzju - Inammissibbiltà tar-rikors fl-ewwel istanza - Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal - Ċertezza legali - Aspettattivi leġittimi - Ugwaljanza fit-trattament”))

(2015/C 398/55)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall, G. Gattinara u D. Martin, aġenti)

Appellati: Marco Verile (Cadrezzate, l-Italja) u Anduela Gjergji (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment minn D. de Abreu Caldas, J. N. Louis u M. de Abreu Caldas, sussegwentement minn J. N. Louis u N. de Montigny, avukati).)

Suġġett

Appell ippreżentat kontra s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (Seduta Plenarja) tal-11 ta’ Diċembru 2013, Verile u Gjergji vs Il-Kummissjoni (F-130/11, ĠabraSP, EU:F:2013:195), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (Seduta Plenarja) tal-11 ta’ Diċembru 2013, Verile u Gjergji vs Il-Kummissjoni (F-130/11), hija annullata.

2)

Ir-rikors ippreżentat minn Marco Verile u minn Anduela Gjergji quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-130/11 huwa annullat.

3)

M. Verile u A. Gjergji minn naħa, u l-Kummissjoni Ewropea, min-naħa l-oħra, għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 151, 19.5.2014.


Top