This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014TN0131
Case T-131/14 P: Appeal brought on 21 February 2014 by Catherine Teughels against the judgment of the Civil Service Tribunal of 11 December 2013 in Case F-117/11 Teughels v Commission
Kawża T-131/14 P: Appell ippreżentat fil- 21 ta’ Frar 2014 minn Catherine Teughels mis-sentenza mogħtija fil- 11 ta’ Diċembru 2013 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-117/11, Teughels vs Il-Kummissjoni
Kawża T-131/14 P: Appell ippreżentat fil- 21 ta’ Frar 2014 minn Catherine Teughels mis-sentenza mogħtija fil- 11 ta’ Diċembru 2013 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-117/11, Teughels vs Il-Kummissjoni
ĠU C 159, 26.5.2014, pp. 29–30
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
26.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 159/29 |
Appell ippreżentat fil-21 ta’ Frar 2014 minn Catherine Teughels mis-sentenza mogħtija fil-11 ta’ Diċembru 2013 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-117/11, Teughels vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-131/14 P)
2014/C 159/39
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Catherine Teughels (Eppegem, il-Belġju) (rappreżentant: L. Vogel, avukat)
Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tal-appellanti
— |
tannulla b’mod integrali s-sentenza appellata, mogħtija fil-11 ta’ Diċembru 2013 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea f’sessjoni plenarja, innotifikata b’faks tal-11 ta’ Diċembru 2013, li permezz tagħha kien ġie miċħud ir-rikors ippreżentat mill-appellanti, bid-data tat-8 ta’ Novembru; |
— |
billi tinvoka l-mertu tar-rikors ippreżentat mill-appellanti quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, tiddikjarah fondat u konsegwentement, tannulla d-deċiżjonijiet li kienu s-suġġett tiegħu; |
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż, skont l-Artikolu 87(2) tar-Regoli tal-Proċeduri, inklużi l-ispejjeż indispensabbli li saru għall-finijiet tal-proċedura, u b’mod partikolari l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tal-akkomodazzjoni, kif ukoll ir-remunerazzjoni tal-avukati, skont l-Artikolu 91(b) tar-Regoli tal-Proċeduri. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors, l-appellanti tinvoka żewġ aggravji.
1. |
L-ewwel aggravju bbażat fuq ksur tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 26(1) u (4) tal-Anness XIII tal-imsemmija Regolamenti, fuq ksur tad-drittijiet miksuba u ksur tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ nuqqas ta’ retroattività, kif ukoll ta’ nuqqas ta’ motivazzjoni. L-appellanti ssostni li:
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u “patere legem quam ipse fecisti”, fuq ksur tad-drittijiet miksuba, fuq nuqqas ta’ motivazzjoni kif ukoll fuq ksur tal-awtorità u s-saħħa vinkolanti li tirriżulta minn kull att amministrattiv individwali u, b’mod iktar partikolari, mid-deċiżjoni meħuda fir-rigward tal-appellanti fid-29 ta’ Ġunju 2010. L-appellanti ssostni li:
|