This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015CA0541
Case C-541/15: Judgment of the Court (Second Chamber) of 8 June 2017 (request for a preliminary ruling from the Amtsgericht Wuppertal — Germany) — proceedings brought by Mircea Florian Freitag (Reference for a preliminary ruling — Citizenship of the Union — Article 21 TFEU — Freedom to move and reside in the Member States — Individual having the nationality of both the Member State in which he resides and the Member State in which he was born — Change of surname in the Member State of birth not carried out during a period of habitual residence — Name corresponding to birth name — Application for the entry of that name in the civil register of the Member State of residence — Rejection of that application — Reason — Name not acquired during a period of habitual residence — Existence of other procedures in national law to have that name recognised)
Kawża C-541/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-8 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Wuppertal – il-Ġermanja) – proċedura mibdija minn Mircea Florian Freitag (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ċittadinanza tal-Unjoni — Artikolu 21 TFUE — Libertà ta’ moviment u ta’ residenza fl-Istati Membri — Ċittadin li għandu kemm in-nazzjonalità tal-Istat Membru tar-residenza tiegħu kif ukoll tal-Istat Membru tat-twelid tiegħu — Bdil tal-kunjom fl-Istat Membru tat-twelid mingħajr residenza abitwali — Isem li jikkorrispondi mal-isem tat-twelid — Talba għar-reġistrazzjoni ta’ dan l-isem fir-reġistru tal-istatus ċivili tal-Istat Membru ta’ residenza — Ċaħda ta’ din it-talba — Raġuni — Nuqqas ta’ ksib tal-isem matul residenza abitwali — Eżistenza ta’ proċeduri oħra tad-dritt nazzjonali sabiex jinkiseb ir-rikonoxximent tal-istess isem)

ĠU C 249, 31.7.2017, pp. 5–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
31.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 249/5 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-8 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Wuppertal – il-Ġermanja) – proċedura mibdija minn Mircea Florian Freitag
(Kawża C-541/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ċittadinanza tal-Unjoni - Artikolu 21 TFUE - Libertà ta’ moviment u ta’ residenza fl-Istati Membri - Ċittadin li għandu kemm in-nazzjonalità tal-Istat Membru tar-residenza tiegħu kif ukoll tal-Istat Membru tat-twelid tiegħu - Bdil tal-kunjom fl-Istat Membru tat-twelid mingħajr residenza abitwali - Isem li jikkorrispondi mal-isem tat-twelid - Talba għar-reġistrazzjoni ta’ dan l-isem fir-reġistru tal-istatus ċivili tal-Istat Membru ta’ residenza - Ċaħda ta’ din it-talba - Raġuni - Nuqqas ta’ ksib tal-isem matul residenza abitwali - Eżistenza ta’ proċeduri oħra tad-dritt nazzjonali sabiex jinkiseb ir-rikonoxximent tal-istess isem))
(2017/C 249/06)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Amtsgericht Wuppertal
Partijiet fil-kawża prinċipali
Mircea Florian Freitag
Dispożittiv
L-Artikolu 21 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi li l-uffiċċju tal-istatus ċivili ta’ Stat Membru jirrifjuta li jirrikonoxxi u li jirreġistra fir-reġistru tal-istatus ċivili l-isem legalment miksub minn ċittadin ta’ dan l-Istat Membru fi Stat Membru ieħor, li tiegħu huwa għandu wkoll in-nazzjonalità, u li jikkorrispondi mal-isem tat-twelid tiegħu, fuq il-bażi ta’ dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li tissuġġetta l-possibbiltà li tinkiseb tali reġistrazzjoni permezz ta’ dikjarazzjoni quddiem l-uffiċċju tal-istatus ċivili għall-kundizzjoni li dan l-isem ikun inkiseb matul residenza abitwali f’dan l-Istat Membru l-ieħor, sakemm ma jkunx hemm fid-dritt nazzjonali dispożizzjonijiet oħra li effettivament jippermettu r-rikonoxximent tal-imsemmi isem.